Left arrow Mur Lura

AKTAR SKEJJEL TAL-ISTAT JINFETĦU GĦALL-UŻU TAL-KOMUNITÀ BI SĦAB MAL-KUNSILL LOKALI U L-GĦAQDIET SPORTIVI

pr1776
Date Icon 15/10/2009
“Il-Gvern hu kommess li jiftaħ aktar skejjeltal-istat għall-komunità wara l-ħin tal-iskola. Issa bis-saħħa tal-emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali, il-kunsilli lokali se jkunu jistgħu jinvestu fil-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel tal-istat biex fil-għodu jintużaw mill-istudenti u wara l-ħin tal-iskola jintużaw mill-komunità. Dan qed iseħħ wara li fi Frar li għadda programmi simili bdew isiru bejn l-Gvern u l-għaqdiet sportivi.”
Dan qalu s-Segretarju Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jipresiedi ċerimonja ta’ ffirmar ta’ kuntratti li fihom il-Kunsill Malti għall-Isport daħal fi ftehim mal-Kunsill Lokali Birgu u ma’ seba’ għaqdiet sportivi oħra biex jinvestu fil-faċilitajiet tal-iskejjel filwaqt li jagħmlu użu minnhom wara l-ħin tal-iskola.
Is-Segretarju Parlamentari semma kif lura fiFrar li għadda, disa’ għaqdiet sportivi gawdew minn kuntratti simili fejn ingħataw aċċess għall-faċilitajiet tal-iskejjel. Issa kien imiss tmien għaqdiet oħra li gawdew minn din l-għajnuna: Kunsill Lokali Birgu, Malta Chess Federation, Mġarr Utd Football Club, Mtarfa Football Club, Msida St. Joseph, Naxxar Lions u Żejtun Corinthians.
Is-Segretarju Parlamentari qal li numru ta’għaqdiet qed jagħmlu użu bi prezz ferm sussidjat filwaqt li għaqdiet sportivi oħra qed jagħżlu li jinvestu fl-iskejjel. Hu semma kif mill-aħħar ftehim iffirmat, sar investiment ta’ madwar €450,000 f’żewġ skejjel differenti minn 3 għaqdiet sportivi.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu flimkien mal-KunsillMalti għall-Isport se jkun mhux biss żied il-faċilitajiet sportivi fl-iskola u fil-lokal iżda wkoll se jibda jorganizza “Afterschool Sports Programme” għat-tfal tal-istess lokalità.
Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġlill-kunsilli lokali jitħajru minn din l-inizjattiva u jinvestu fl-attività sportiva fil-lokalità tagħhom.
Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm is-SindkuJohn Boxall, iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport Bernard Vassallo, il-Kap Eżekuttiv tal-KMS Joe Cassar u l-presidenti u s-segretarji tal-għaqdiet sportivi li ffirmaw il-kuntratti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow