Left arrow Mur Lura

TRASPORT TA’ KWALITÀ B’VALUR GĦAL FLUSEK: IR-ROTOT IL-ĠODDA

pr1775
Date Icon 15/10/2009
Il-Ministru Austin Gatt jindirizza konferenzastampa dwar ir-Riforma tat-Trasport Pubbliku: Rotot Godda
Waħda mill-bidliet prinċipali li qed jagħmelil-Gvern fir-riforma tat-trasport pubbliku, u partenza radikali minn dak li nafu sal-lum, hija ix-xibka ta’ rotot li l-operatur il-ġdid ser ikun mistenni jservi.
L-ippjanar tar-rotot kienet l-ewwel biċċaxogħol kbira u l-punt ta’ tluq tagħna ma kienx, li nagħmlu titjieb fuq ir-rotot prezenti jew li nakkomodaw in-numru ta’ karozzi tal-linja jew xufiera li għandna. Ridna nibdew billi nifhmu l-bzonnijiet ta’ vjaġġar tal-Maltin u l-Għawdxin. Użajna studji li kienu saru xi snin ilu, kif ukoll l-esperjenza ta’esperti tekniċi, flimkien ma’ konsultazjoni wiesgħa mal-pubbliku u mal-Kunsilli Lokali.
Ir-riżultat huwa xibka ta’ rotot li jaqdu l-bżonnijietta’ kull min irid juża s-servizz biex imur ix-xogħol, biex jiġi u jmur mill-ajruport u nħawi oħrajn turistiċi u biex jivjaġġa min-naħa għal oħra, inkluż lejn lokalitajiet li sa issa qatt ma kienu servuti b’mod effettiv bit-trasport pubbliku. Ir-rotot u anke l-frekwenzi li ser inkunu qed nesiġu fuq l-operatur, huma mmirati biex in-numru ta’ dawk li jużaw is-servizz pubbliku jikber u jikber sew.
Esiġenzi li se jorbtu lill-kuntratturfit-tender dwar ir-rotot
Għandna xibka ta’ rotot li hija kważi d-doppjuta’ dik li kellna sa issa. In-network ta’ rotot illum fiha 25 miljun KM. Din in-network ser tkopri madwar 45 miljun KM. Dan ifisser li ser ikun hemm mhux biss is-servizzi kollha li ħafna kienu draw sa issa li jgħaqdu diversi lokalitajiet, bħalissa kollha għall-Belt u mill-Belt. In-network li ser ikun qed jaħdem l-operatur il-ġdid tnaqqas sew ir-rotot li jibdew u jispiċċaw mill-Belt għax il-bżonnijiet tal-passiġġier illum huma differenti.
Tintroduċi pero’ dawk li jissejħu FeederLines li jgħaqqdu l-lokalitajiet mingħajr ma tmur il-Belt u sistema ta’ Cross Lines u Main Lines li jiksu t-territorju kollu u joħolqu rotot diretti li sa issa ma kienux jeżistu. Eżempji interessanti huma rotot bħal dik li mill-ajruport tmur San Ġiljan, b’servizz li ma jieqaf fuq l-ebda stop bejn l-ajruport u l-Ferries tas-Sliema u mbagħad jieqaf f’kull stop biex iwaqqaf jew jgħabbi t-turisti.
Ser ikun hemm servizzi li huma soluzzjoniaħjar għal minn sejjer l-MCAST, tas-Sliema, l-iSptar u f’inħawi kummerċjali, edukattivi u ta’ bzonn oħrajn. Ta’ min jinnota wkoll feeder line li jsolvi problema li llum hemm fl-inħawi ta’ Ħal Għaxaq, Gudja, Żejtun, M’Xlokk u b Buġia. Hemm servizzi ġodda li jgħaqdu tas-Sliema mal-Madliena per eżempju u f’Għawdex servizzi bejn ir-Ramla u d-Dwejra u M’Forn, għax-Xagħra u n-Nadur.

Għawdex

Li llum f’Għawdex għandna problema ta’ trasport pubbliku ma tantx trid għerf biex tikkonkludiha. Il-punt ta’ tluq huwa l-istess bħal dak ta’ Malta, jiġifieri li nagħmlu network ta’ rotot li verament jaqdu l-bżonnijiet ta’ Għawdex. In-network titratta wkoll ir-rotot li nistennew lill-operatur jagħmel, network li hija bil-bosta aħjar minn dik tal-lum, bi frekwenzi li huma qabża kbira ’l quddiem minn dawk tal-lum u b’servizzi li jibqgħu għaddejjin ħafna aktar tard mil-lum. Fil-kaz ta’ Għawdex, il-Gvern għandu għażla; jew jagħti Direct Order lill-Assoċjazzjoni preżenti biex din tagħmel is-servizz, inkella in-network ta’ servizzi f’Għawdex jiġu integrati ma’ dawk ta’ Malta. Għalina bħala Gvern ma jagħmilx wisq differenza jekk is-servizz isir mill-Assoċjazzjoni preżenti jew mill-operatur il-ġdid. In-network hija dik li hi fil-kaz t’Għawdex u japplikaw il-frekwenzi li hemm imnizzlin u l-penali li ser ikun hemm fil-kuntratt jekk min joperha jfalli milli jipprovdi s-servizz kif mistenni.

Sistemi Ġodda

Kif ġie spjegat ix-xibka ta’ rotot ġodda jagħmlu użu tad-diversi interchanges li ser inkunu qed nibnu (jew nirriabilitaw fejn jeżistu) fiċ-ċentri prinċipali. In-Network ser tfisser ukoll il-bini ta’ mill-anqas żewġ siti ta’ Park & Ride minn barra estensjoni ta’ dak li hemm fi Blata l-Bajda. Il-Park & Ride tal-Luxol, kif ukoll tal-Marsa, ser ikunu pilastri importanti fir-riforma, spazji fejn wieħed jista’ jħalli karozza u jaqbad tal-linja.

In-Network

Fattur importanti wkoll huwa l-qabża li sertkun qed tippreżenta din in-Network fejn jidħol il-frekwenza tas-servizz. L-għan huwa li f’bosta servizzi nesiġu li jkun hemm servizzi aktar frekwenti. L-iskeda li ser ikun qed jippreżenta l-operatur ser tnaqqas sostanzjalment il-ħin li wieħed jagħmel jistenna l-karozza. Hemm diversi eżempji, pero’ l-aktar evidenti huma mill-Belt għal San Gwann li minn kull 10 minuti trid issir kull ħames minuti (minħabba l-iSptar, l-Universita’ u San Gwann innifsu), minn San Gwann għal Mosta kull 10 minuti meta sa issa kienet kull nofs siegħa; minn B’Kara għal Ħamrun li kienet kull siegħa u ser issir kull 7 minuti, minn B’Kara għal iSptar li minn kull siegħa ser isir kull nofs siegħa.
Li jkollna servizz tat-trasport pubbliku liwieħed jista jorbot fuqu jiddependi minn 3 fatturi. L-ewwel tnejn huma dawn li għadni kif spjegajt, a) li jkollna rotot li jagħmlu sens għax jaqdu l-bzonnijiet tagħna b) li jkollna frekwenza ta’ servizz u c) li s-servizz ikun reliable.
Biex is-servizz ikun reliable, irridunassiguraw li l-karozzi tal-linja jkollhom prijorita’ fit-triq. Fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qed nikkomissjunaw studju li ser jgħidilna kif nistgħu nagħmlu bus priority measures f’dawk ir-rotot u kurituri li huma l-aktar traffikużi .
Din hija sistema ta’ rotot li għandha tħajjarħafna aktar nies juzaw is-servizz pubbliku. In-network ġiet żviluppata b’konsultazzjoni wiesa’.
Filwaqt li jkollna rotot li jagħmlu sensgħall-bżonnijiet tagħna huwa essenzjali, huwa importanti wkoll li jkollna mekkaniżmu li bih inkunu nistgħu naġġornaw ir-rotot u nibdluhom matul iż-żmien biex b’hekk ir-rotta tibqa’ tagħqdi l-ħtiġijiet li jinbidlu. Irrid ngħid illi filwaqt li l-operatur il-ġdid ser ikun obbligat li jservi dawn ir-rotot kollha fil-frekwenzi kif imniżżlin, l-operatur ser ikun liberu li jintroduċi servizzi ġodda izjed minn dawn jekk iħoss li hemm domanda għalihom. Dan japplika f’kull ħin tal-ġurnata u f’kull lokalita’. Per eżempju, l-operatur jaf jintroduċi servizzi bil-lejl bejn xi lokalitajiet, jiġifieri jestendi l-ħin tas-servizz fuq dak li ser ikun stipulat fit-tender. Min-naħa l-oħra jekk, fil-futur il-Gvern irid jintroduċi servizzi ġodda għal xi lokalita’ jkun jista’ jimponi li l-operatur jagħmel din ir-rotta, u jħallas sussidju li jkun maqbul minn qabel.
Biex jiġi assigurat li r-rotot jibqgħusensittivi għall-bżonnijiet tal-utent Malti, fix-xhur li ġejjin ser inkunu qed nagħmlu Household Travel Survey ieħor dwar ix-xejriet ta’ kif jivvjaġġaw lokalment il-Maltin u l-Għawdxin.
Il-viżjoni aħħarija hi li jkollna sitwazzjonifejn ferm aktar nies jagħżlu s-servizz tat-trasport pubbliku u li dan isir parti integrali ta’ kif il-Maltin u l-Għawdxin jivvjaġġaw min-naħa għall-oħra. Irrid inkun ċar: illum pajjiżna għandu problema; għandna konġestjoni tat-traffiku li ma hiex aktar tollerabbli; għandna livelli ta’ dħaħen fl-arja li f’ċerti nħawi hija ferm aktar mil-livelli stabbiliti Ewropej; għandna sistema ta’ trasport pubbliku li tiswa ħafna flus lill-pajjiż u ma’ taqdix il-bżonnijiet tagħna, fatt spjegat l-aktar mill-fatt li l-patronaġġ naqas sena wara sena. Irrid inkun ċar ukoll, pero’, li għandna r-rieda politika li naffrontaw din il-problema li ilha magħna xi ħamsin sena. Permezz ta’ network ta’ servizzi li verment jaqdu l-bżonnijiet tal-Maltin u l-Għawdxin għamilna pass ieħor f’din ir-riforma.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow