Stqarrija tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern
pr1768
14/10/2009
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirreferi | għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli rigward applikazzjoni ta’ żvilupp mal-Awtorità Maltija tal-Ambjent u l-Ippjanar li tikkonċerna fabbrika tan-nar abbandunata fil-limiti tal-istess lokalità. |
| Il-Ministeru jippreċiża li l-imsemmija | applikazzjoni mal-MEPA intefgħet peress li l-ex fabbrika Pulvich Explosives Industries Ltd mhix qegħda tintuża. Għalhekk beda proċess sabiex jara jekk din tistax tinġieb għas-servizz għaqli għas-settur pirotekniku sabiex jiġi żgurat li jiżdiedu l-garanziji li dan is-settur jirrikjedi. Il-bini bħal issa jinsab mitluq u m’għandu ebda użu possibbli ieħor. |
| L-applikazzjoni lill-MEPA għar-rigward saret | sabiex tiġi esplorata l-vijabilità ta’ dan il-prospett. |
| Il-proċess għadu kif inbeda u wieħed irid | l-ewwel jara x’tip ta’użu ser jiġi permess mill-istess awtorità. Għalhekk wieħed m’għandux jasal għal konklużjonijiet mgħaġġlin f’dan l-istadju. |
| Il-Gvern ifittex dejjem li jkollu kunsens | ġenerali fuq applikazzjonijiet bħal dawn. Fil-fatt, il-Ministeru diġà ltaqa mas-sindku tal-lokal biex jiddiskuti is-suġġett u ser jibqa’ miftuħ għall-konsultazzjoni fil-futur. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en