IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIBDA Ż-ŻJARAT FIL-LOKALITAJIET – JILTAQA’ MAL-GĦAQDIET FL-IMQABBA
pr1766
14/10/2009
| “Fl-Imqabba jinħass il-valur kbir | tal-volontarjat” - Dan qalu l-President George Abela fl-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fil-lokalitajiet, wara stedina li kienet saritlu mill-Kunsill Lokali Mqabba. |
| Nhar it-Tlieta filgħaxija, il-President Abela | li kien akkumpanjat mis-Sindku Noel Galea ltaqa’ mal-għaqdiet kollha tal-Imqabba, kemm dawk soċjali kif ukoll reliġjużi, politiċi, edukattivi u sportivi. Waqt din il-laqgħa, il-President Abela sema’ l-ħidma tal-għaqdiet matul is-sena kif ukoll id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom. |
| Fi tmiem il-laqgħa l-President qal li kull | min kien preżenti huwa mexxej fil-qasam tiegħu u għalhekk kull persuna għandha responsabilitajiet mhux ftit, fl-għaqda lokali li tirrapreżenta, kull wieħed skond il-kariga li jħaddan. Il-mexxejja ta’ dawn l-għaqdiet għandu jkollhom il-karatteristiċi li jġibu l-għaqda, is-sens ċiviku u fuq kollox jaħdmu fid-diversita’ għall-interessi tal-lokalita`. |
| Il-President Abela rringrazzja | lir-rappreżentanti tal-Għaqdiet tal-attendenza u tal-ġid li qed jagħmlu fil-lokal. Huwa faħħar is-sinerġija li teżisti bejn l-għaqdiet stess li permezz tagħha u x-xogħol tal-awtorita’ tal-Kunsill Lokali, qed tgħaqqad flimkien il-ħidma ta’ kulħadd għall-ġid tal-Imqabba. |
| Filwaqt li din l-okkażjoni fetħet il-programm | għal Ġieħ l-Imqabba 2009, il-President Abela flimkien mas-Sinjura tiegħu mistenni jtemm iż-żjara uffiċjali fl-Imqabba nhar il-Ħadd 25 ta’ Ottubru, 2009, fejn ser jiltaqa’ mar-residenti tal-Imqabba fi programm imħejji apposta. |
| Il-President George Abela mistenni jżur | diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex fuq stedina tal-Kunsilli Lokali. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en