IŻJED AĊĊESSIBILITÀ FIL-KUNSILLI LOKALI
pr1765
14/10/2009
| Il-persentaġġ ta’ Kunsilli Lokali li se jkunu | fiżikament aċċessibbli għal kulħadd se jitla’ minn 46% għal 75%. |
| Il-Kunsilli Lokali se jibdew jiftħu kull nhar | ta’ Sibt ukoll min-nhar is-Sibt li ġej. |
| Fond ta’ €200,000 qed jassisti lill-Kunsilli | Lokali biex l-uffiċċji tagħhom u postijiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom isiru fiżikament aċċessibbli għal kulħadd. Il-benefiċjarji ta’ din l-iskema, li jammontaw għal 20, illum ingħataw il-fondi f’attività organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said stqarr | li minn total ta’ 68 Kunsill Lokali, 31 minnhom biss kienu diġà aċċessibbli għal kulħadd u għalhekk il-gvern ħass il-bżonn li tiġi mnedija skema biex tassisti lill-Kunsilli Lokali jirregolarizzaw l-aċċessibilità fl-uffiċini amministrattivi tagħhom. Din l-iskema ġiet estiża biex tassisti wkoll Kunsilli Lokali biex itejbu l-postijiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tagħhom. Infatti mal-20 Kunsill Lokali li qed jibbenefika minn dawn il-fondi, ħamsa oħra talbu l-għajnuna għal proġetti ta’ aċċessibilità f’postijiet pubbliċi. Dawn jinkludu librerija pubblika f’Raħal Ġdid, grawnd tal-futbol f’Ħal Għaxaq, u bajja f’San Ġiljan. |
| B’hekk issa l-persentaġġ ta’ Kunsilli Lokali | li se jkunu aċċessibbli se jitla’ minn 46% (31 Kunsill Lokali) għal 75%. Jifdal 25% jew 17-il Kunsill Lokali li se jingħataw l-opportunità li japplikaw għal għajnuna sal-2010, kompla jgħid Chris Said. “L-iskema għalhekk qed tiffaċilita lill-Kunsilli Lokali biex jeliminaw restrizzjonijiet għall-aċċessibilità fiżika, għall-gwadann tal-kommunità, b’mod speċjali għal persuni li għandhom bżonnijiet speċjali, inklużi l-anzjani u persuni b’diżabilità” . |
| Marbuta mal-aspett tal-aċċessibilità hemm | il-fatt li min-nhar is-Sibt li ġej 17 t’Ottubru, il-Kunsilli Lokali ser jibdew jiftħu kull nhar ta’ Sibt ukoll mit-8.00am sal-11.30am. B’dan il-mod il-kunsilli qed isiru iktar aċċessibbli għar-residenti permezz tas-servizz li ser jibdew joffru f’iktar ġranet, u għalhekk se jkunu iktar disponibbli speċjalment għal min jaħdem ħinijiet twal matul il-ġimgħa. Is-servizzi offruti mill-Kunsilli Lokali jitrattaw ilmenti, ħlasijiet ta’ kontijiet, ġbir ta’ formoli u permessi. |
| Waqt l-attività li saret fil-Kunsill Lokali | tal-Għargħur, l-Onor. Chris Said ippreżenta l-għajnuna finanzjarja lill-Kunsilli Lokali li qed jiġu megħjuna taħt din l-iskema. Dawn huma l-Birgu, Isla, Bormla, Żabbar, Żejtun, Floriana, Mġarr, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Żurrieq, Luqa, Marsa, Mqabba, Pietà, Rabat (Malta), Sannat, Xagħra, Għajnsielem, Għarb u Ħal Kirkop. F’diskussjoni li saret tul l-istess attività dwar l-aċċessibbiltà fost l-oħrajn ħadu sehem l-Onor. Chris Said u s-Sur Joe Camilleri, Chairman tal-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en