Left arrow Go Back

ĊERTIFIKAT TA’ TMIEM L-ISKOLA SEKONDARJA

pr1763
Date Icon 14/10/2009
Iċ-Ċertifikati li l-istudenti jingħataw fitmiem l-Iskola Sekondarja, se jinbidel biex jingħata sura aktar informattiva u li tirrikonoxxi l-ħiliet kemm akkademiċi kif ukoll kompetenzi oħra, u li jkunu rikonoxxuti madwar l-Ewropa kollha.
Dan ħabbritu l-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina meta dal-għodu nidiet dan iċ-Ċertifikat ġdid li se jkollu wkoll timbru ta’ kwalita’ li għandu għarfien mill-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki.
F’diskors qasir li għamlet il-MinistruCiristina sostniet li l-lum qed isir pass ieħor fir-riforma edukattiva li qed titwettaq f’pajjiżna. Pass li għandu jkompli jressaqna lejn il-mira tagħna li nilħqu l-objettivi tal-Aġenda ta’ Lisbona li almenu 85% tal-istudenti li jispiċċaw l-iskola Sekondarja jkomplu jistudjaw fid-diversi istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li għandna fil-pajjiż.
Dan it-tibdil fiċ-Ċertifikat tal-IskolaSekondarja se jgħin biex jimmotiva lil dawk involuti ħalli l-miri stabbiliti jintlaħqu. Għandu jgħin ukoll biex innaqqsu n-numru ta’ studenti li jħallu l-iskola kmieni. Għalhekk l-attendenza qed tingħata l-importanza li jistħoqqilha f’dan iċ-Ċertifikat.
Minbarra l-attendenza qed nagħtu wkollimportanza lil aspetti oħra fil-ħajja tal-iskola. Hemm l-edukazzjoni formali u għalhekk l-istudent se jkollu rekord mhux biss tal-marki tal-eżamijiet imma wkoll tal-assessjar tal-għalliema. Aspetti oħra taċ-Ċertifikat huma l-Edukazzjoni Mhux Formali u l-Edukazzjoni Informali. Dawn ikopru attivitajiet li jsiru kemm fl-iskola kif ukoll barra mill-iskola.
Hu tajjeb li nagħrfu l-valur edukattiv ta’dawn l-attivitajiet u għalhekk għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni meta jiġi biex joħroġ iċ-Ċertifikat fl-aħħar tal-ħames klassi tas-Sekondarja, li allura se jkunu jinkludu x’tip ta’ kisbiet l-istudenti jkunu għamlu bil-parteċipazzjoni f’dawn l-attivitajiet. Il-Ministru tal-Edukazzjoni semmiet bħala eżempju il-mijiet ta’ tfal li huma membri ta’ l-iscouts jew girl guides fejn jiksbu diversi ħiliet.
Oħrajn jitgħallmu xi strument mużikaliprivatament jew mal-banda tar-raħal li wkoll għandu valur. Hemm min jgħin f’għaqdiet volontarji, min jgħin fil-parroċċa, u diversi modi oħra kif it-tfal tagħna jqattgħu l-ħin ta’ wara l-iskola, f’attivitajiet li huma ta’ min jinkoraġġihom.
L-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajietfiċ-Ċertifikat ta’ Tmiem is-Sekondarja għandu jservi ta’ inċentiv biex l-istudent ma jingħalaqx fih innifsu, imma jagħti s-sehem tiegħu fil-ħajja tal-iskola u barra minnha. Dawn l-attivitajiet jgħinu biex ikabbru fl-istudent il-kwalitajiet personali meħtieġa biex jiżviluppa b’mod sħiħ il-karattru u l-personalita’ tiegħu.
Matul is-snin fl-iskola obbligatorja, l-istudentise jkunu assessjati fuq il-kwalitajiet personali, per eżempju fuq l-altruwiżmu. Ma rridux li l-istudenti jimxu ’l quddiem fit-tagħlim akkademiku biss. Il-valuri huma meħtieġa u naħsbu li dan iċ-Ċertifikat se jgħin biex dawn il-valuri jingħataw l-imbuttatura li jistħoqqilhom. Iċ-Ċertifikat huwa inizjattiva nazzjonali u se jkun addottat mill-iskejjel kollha. Dan se jkun ta’ benefiċċju għax se jkollna għodda waħda li nkejlu biha.
L-okkażjoni tal-lum tfisser pass ieħor fir-RiformaEdukattiva. Ninsabu f’mixja li għandha twassal għal titjib fit-tagħlim. Irridu nkunu żguri li t-tfal kollha jirċievu edukazzjoni ta’ kwalità. Dan iserħillna moħħna li l-istandards fl-edukazzjoni qed jinżammu, anzi jogħlew. Hekk niżguraw ġejjieni sabiħ għall-individwi u għas-soċjetà tagħna. Aħna żguri li dan iċ-Ċertifikat se jgħin biex l-iskopijiet u l-miri li għandna għal pajjiżna jintlaħqu.
Il-Ministru rringrazzjat lil dawk kollha litaw sehemhom biex il-lum stajna nagħmlu dan il-pass importanti – Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni, il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, l-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti u oħrajn.
Dr. James Calleja, Kap Eżekuttiv tal-KunsillMalti għall-Kwalifiki spjega kif dan iċ-ċertifikat se jkollu għarfien fuq livell Ewropew u l-importanza tiegħu fid-dinja tax-xogħol.
Dr. Grace Grima, Direttur Ġeneraligħall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni, spjegat kif għandu jimtela’ dan iċ-Ċertifikat u kif se jibda jintuża minn issa għal dawk l-istudenti li qegħdin minn Form III, l-isfel.
Tkellem ukoll Dr. Christopher Bezzina,Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar l-importanza ta’ din il-bidla u l-bżonn li dawk kollha involuti jagħtu sehemhom biex dan it-tibdil jidħol b’suċċess.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow