Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN

pr1758
Date Icon 13/10/2009
Kull Allegazzjoni ta’ abbuż ta’ potermill-Pulizija tiġi investigata bis-serjetà li jistħoqqilha
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirreferigħall-istqarrija maħruġa llum wara nofsinhar mill-Onor. Michael Falzon fejn fiha qed isejjaħ għal “investigazzjoni serja” għar-rigward ta’ allegati abbużi minn membri tal-Korp tal-Pulizija.
Il-Ministeru jiġbed l-attenzjoni tal-Kelliemtal-Oppożizzjoni li nhar il-Ħadd, 11 t’Ottubru, kienet inħarġet stqarrija fejn fiha ġie ddikjarat lill-pubbliku, li l-Korp kien beda l-investigazzjoni tiegħu dwar l-allegat użu eċċessiv ta’ forza, qabel ma dan ġie rrappurtat mill-ġurnali.
Fl-istess stqarrija ingħad ukoll li kienetintalbet l-għajnuna tal-familjari tal-akkużata sabiex jingħata CCTV recording li kien jinstab fil-post minn fejn sar l-arrest, sabiex dan jgħin fl-investigazzjoni. Madanakollu l-familjari, kif ukoll l-avukat difensur tal-akkużata, irrifjutaw li jagħtu dan ir-recording lill-Pulizija.
Il-Ministeru ifakkar ukoll li dan l-allegatabbuż ta’ poter sar meta l-Pulizija kienu qed jobdu ordni leġittima tal-Qorti sabiex jarrestaw persuna li ma kienitx qed tidher il-Qorti dwar każ ieħor.
Inoltre’, il-Gvern ifakkar li l-Kodiċital-Liġijiet ta’ pajjiżna diġà jipprovdi mekkaniżmi effettivi biex allegazzjonijiet ta’ dan it-tip jiġu nvestigati bir-reqqa u l-ħeffa meħtieġa.
Il-Bord tal-Pulizija kien twaqqaf permezztal-Att XIII tal-2002, preċiżament biex iservi ta’ istituzzjoni indipendenti bid-dmir li tinvestiga allegazzjonijiet ta’ abbuż mill-Pulzija.
Il-Bord huwa kompletament indipendenti ul-membri tiegħu jinħatru mill-President ta’ Malta ‘ai termini’ tal-Kap. 164 (artikoli 48-60) tal-Liġijiet ta’ Malta. Iċ-chairman preżenti tal-Bord huwa l-Imħallef Emeritus Franco Depasquale.
Barraminn dan, il-Korp tal-Pulizija nnifsu għandu Unit tal-Affarijiet Interni, li għandu l-għan li jinvestiga każijiet ta’ abbuż ta’ poter minn uffiċċjali tal-Korp u jieħu l-passi meħtieġa kontra min ikun żbalja. Dan il-Unit huwa mmexxi minn Supretendent li huwa ggradwat fil-liġi.
Il-poplu diġa huwa nfurmat li matul din is-sena,kien hemm 13-il rapport kontra membri tal-Korp dwar atti ta’ abbuż ta’ poter. Ħames każijiet għadhom pendenti quddiem il-Qorti, erba’ każijiet għadhom taħt aktar investigazzjoni u erba’ każijiet oħra ma rriżultawx.
Il-Ministeru jerġa’ jiddikjara fil-pubbliku likull rapport li jsir fejn jiġi allegat li kien hemm abbuż ta’ poter, jiġi investigat kif trid il-liġi. Dan b’kuntrast għal dak li kien iseħħ taħt amministrazzjonijiet oħra.
Il-Ministeru filwaqt li jirrepeti li kwalunkwaforma ta’ allegazzjoni li ssir mill-pubbliku għar-rigward tal-operat tal-Korp tal-Pulizija tiġi investigata bis-serjetà li jixirqilha, jistieden lill-Onor. Kelliem tal-Oppożizzjoni biex jekk jaf b’xi każ li ma giex investigat, jersaq biex jgħamel ir-rapport li trid il-liġi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow