Left arrow Go Back

IMĦABBRA L-KUNSILLI LOKALI FINALISTI TAL-LOCAL ENTERPRISE SUPPORT AND GREEN CHALLENGE AWARDS

pr1757
Date Icon 13/10/2009
Bħala parti mill-inċentivili qed jieħu l-Gvern Ċentrali għall-iżvilupp ta' lokalitajiet sostenibbli, ġie allokat fond biex jiġu ppremjati Kunsilli Lokali li jkunu ħadu inizjattivi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom matul dawn l-aħħar sentejn, f’żewġ oqsma partikulari – dak tal-intrapriża u dak tal-ambjent, f’dak li qed jissejjaħ il-‘Local Enterprise Support and Green Challenge Awards’.
Il-Ministrutal-Finanzi u Ekonomija, l-Onor. Tonio Fenech, u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, illum ħabbru l-finalisti għal dawn iż-żewġ premjijiet.
L-inizjattivi tal-Kunsilli Lokali li se jiġuppremjati se jservu bħala pjattaforma biex itejbu l-intrapriża lokali u jinċentivaw in-negozji żgħar u ta' daqs medju fil-lokalitajiet; kif ukoll li jaraw titjib sostenibbli tal-ambjent fiżiku fil-lokalitajiet.
“L-iskop ewlieni tal-Gvern hu lijinċentiva lill-Kunsilli jagħtu sehemhom f'konformità mal-politika tal-istess Gvern, kemm fuq livell ambjentali kif ukoll fuq livell imprenditorjali f’ħidma sabiex ikollna  lokalitajiet sostenibbli”, stqarr l-Onor. Tonio Fenech.
Ghaxar Kunsilli Lokali huma nominati għall-GreenChallenge Award u ghaxra oħra għall-Premju tal-Intrapriża. L-aħjar żewġ Kunsilli Lokali li jkunu ħadmu f’dawn iż-żewġ oqsma se jingħataw l-ammont sostanzjali ta' €40,000 kull wieħed. It-18-il Kunsilli Lokali ieħor li ġew magħżula bħala finalisti  se jingħataw €5,000  għall-isforzi li saru.
Il-Ministru Fenech stqarr li l-Gvern jifraħ lildawk il-Kunsilli Lokali li juru sens ta’ responsabbilità lejn il-komunità kummerċjali, u qed jimpenjaw ruħhom sabiex jorganizzaw attivitajiet kummercjali uniċi, u ta’ attrazzjoni għal-lokalità tagħhom, biex b’hekk mhux biss qed ikunu ta’ servizz lejn il-pubbliku generali, izda qed ikunu ta’ sostenn għall-istess komunità kummerċjali rispettiva tagħhom, u joħolqulhom opportunitajiet ġodda ta’ negozju u kummerċ.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal lil-aħjar inizjattivi eliġibbli mill-aspett ambjentali jippermettu fost l-oħrajn, il-ħolqien ta' kuxjenza dwar l-iskart u l-immaniġjar taż-żoni urbani u kostali, kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-arja u stil ta’ ħajja attiva.
L-aħjar 10 inizjattivi eliġibbli mill-aspettintraprenditorjali jikkonċernaw dwar il-promozzjoni u l-użu tal-produzzjoni lokali, li tippermetti dħul ekonomiku sostenibbli fil-lokalità. Uħud mill-inizjattivi jinkorraġġixxu l-ħiliet tradizzjonali u jagħtu l-opportunità lil min jaħdem l-artiġġjanat biex jikseb benefiċċji ekonomiċi mill-istess attività, qal l-Onor. Chris Said.
Iż-żewġ Kunsilli Lokali rebbieħa se jiġumagħżula waqt ċerimonja li se tixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali iktar ‘l quddiem.
L-ghaxar Kunsilli Lokali nominati ghall-GreenChallenge Award huma l-Kunsilli Lokali ta’ Mdina, Birgu, Zejtun, Attard, Fontana, Kirkop, Mellieha, Naxxar, San Lawrenz u  Santa Lucija.
L-ghaxar Kunsilli Lokali nominati ghall-Premjutal-Intrapriza huma l-Kunsilli Lokali ta’ Mdina, Birgu, Siggiewi, Attard, Gharb, Mellieha, Naxxar, San Pawl il-Bahar, Mtarfa u Birkirkara.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow