KONKLUŻA L-FAŻI TA’ ĠBIR TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-MASTERPLAN GĦAĊ-CITTADELLA
pr1756
13/10/2009
| Wara sena ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar | diversi aspetti taċ-Ċittadella, ingħalqet l-ewwel fażi tal-proġett biex jitħejja Masterplan għaċ-Ċittadella t’Għawdex. |
| L-informazzjoni miġbura ġiet ippreżentata | lill-istakeholders waqt laqgħa li saret apposta fiċ-Ċittadella stess u li matulha diversi esperti mit-tim li qed iwettaq l-istudju, taw dettalji dwar x’tip ta’ informazzjoni inġabret matul din is-sena. |
| Din l-informazzjoni nġabret minn diversi | esperti f’oqsma differenti li ġew identifikati fis-sejħa għall-offerti fosthom l-arkitettura militari, l-arkeoloġija, il-flora u l-fawna, l-użu ta’ l-art, it-traffiku, it-turiżmu u l-immaniġġjar tas-sit. |
| Matul is-sena saru wkoll bosta laqgħat ta’ | konsultazzjoni ma’ għaqdiet, organizzazzjonijiet u persuni li għandhom interess fiċ-Cittadella, filwaqt li l-pubbliku in ġenerali seta’ jagħti l-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu fuq sit elettroniku li twaqqaf apposta. |
| Il-proġett tal-Masterplan huwa ko-finanzjat | mill-Mekkaniżmi Finanzjarji tal-Area Ekonomika Ewropea bil-pajjiżi tan-Norvegja, l-Islanda u Liechtenstein jikkontribwixxu għall-finanzjament tiegħu. Meta jkun lest dan il-pjan fi żmien sitt xhur oħra, il-Ministeru għal Għawdex ser ikollu f’idejh pjan ħolistiku li jindirizza l-ħtiġijiet, il-problemi kif ukoll il-potenzjal ta’ dan is-sit storiku mill-aktar importanti f’Għawdex. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna | Debono, indirizzat lil dawk preżenti u qalet li l-Masterplan ser iservi biex filwaqt li jissuġġerixxi miżuri kif dan is-sit jista’ jiġi ppriservat u kkonservat aħjar, bil-għan li jsir użu aħjar mill-potenzjal tiegħu, ser jgħin ukoll biex permezz tiegħu jiġu akkwistati l-fondi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proposti magħmula fil-pjan. |
| Hija qalet li bħalissa ċ-Ċittadella qed | tibbenefika wkoll minn proġett ieħor ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, li permezz tiegħu ser jiġu konsolidati u restawrati s-swar taċ-Cittadella. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en