Left arrow Go Back

KONKLUŻA L-FAŻI TA’ ĠBIR TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-MASTERPLAN GĦAĊ-CITTADELLA

pr1756
Date Icon 13/10/2009
Wara sena ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwardiversi aspetti taċ-Ċittadella, ingħalqet l-ewwel fażi tal-proġett biex jitħejja Masterplan għaċ-Ċittadella t’Għawdex.
L-informazzjoni miġbura ġiet ippreżentatalill-istakeholders waqt laqgħa li saret apposta fiċ-Ċittadella stess u li matulha diversi esperti mit-tim li qed iwettaq l-istudju, taw dettalji dwar x’tip ta’ informazzjoni inġabret matul din is-sena.
Din l-informazzjoni nġabret minn diversiesperti f’oqsma differenti li ġew identifikati fis-sejħa għall-offerti fosthom l-arkitettura militari, l-arkeoloġija, il-flora u l-fawna, l-użu ta’ l-art, it-traffiku, it-turiżmu u l-immaniġġjar tas-sit.
Matul is-sena saru wkoll bosta laqgħat ta’konsultazzjoni ma’ għaqdiet, organizzazzjonijiet u persuni li għandhom interess fiċ-Cittadella, filwaqt li l-pubbliku in ġenerali seta’ jagħti l-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu fuq sit elettroniku li twaqqaf apposta.
Il-proġett tal-Masterplan huwa ko-finanzjatmill-Mekkaniżmi Finanzjarji tal-Area Ekonomika Ewropea bil-pajjiżi tan-Norvegja, l-Islanda u Liechtenstein jikkontribwixxu għall-finanzjament tiegħu. Meta jkun lest dan il-pjan fi żmien sitt xhur oħra, il-Ministeru għal Għawdex ser ikollu f’idejh pjan ħolistiku li jindirizza l-ħtiġijiet, il-problemi kif ukoll il-potenzjal ta’ dan is-sit storiku mill-aktar importanti f’Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor GiovannaDebono, indirizzat lil dawk preżenti u qalet li l-Masterplan ser iservi biex filwaqt li jissuġġerixxi miżuri kif dan is-sit jista’ jiġi ppriservat u kkonservat aħjar, bil-għan li jsir użu aħjar mill-potenzjal tiegħu, ser jgħin ukoll biex permezz tiegħu jiġu akkwistati l-fondi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proposti magħmula fil-pjan.
Hija qalet li bħalissa ċ-Ċittadella qedtibbenefika wkoll minn proġett ieħor ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, li permezz tiegħu ser jiġu konsolidati u restawrati s-swar taċ-Cittadella.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow