IT-12-IL EDIZZJONI TA’ SKOLASPORT F’GĦAWDEX
pr1755
13/10/2009
| Mis-7 ta’ Novembru li ġej, l-istudenti ta’ l-iskejjel | primarji u sekondarji f’Għawdex, se jerġgħu jingħataw l-opportunità li kull nhar ta’ Sibt, jibdew jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi fil-programm Skolasport li jiġi organizzat fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex. L-attivitajiet ta’ Skolasport ġew organizzati f’Għawdex matul dawn l-aħħar tnax-il sena, fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex b’koordinazzjoni mill-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex. |
| Fost id-dixxiplini sportivi għall-istudenti | mir-raba’ klassi tal-primarja sa dawk tal-ħames klassi fis-sekondarja, hemm dawk tal-hip-hop u breakdance, table/lawn tennis, ġinnastika, climbing, ċikliżmu, arti marzjali, handball u basketball, hockey u l-ħiliet fil-logħba tal-futbol. Din is-sena, Skolasport f’Għawdex se tkun qed toffri dixxiplini ta’ sports ġodda, fosthom id-dance aerobics, squash u volleyball. Se tiġi organizzata wkoll attività msejjħa Adventure, fejn kull nhar ta’ Sibt, grupp ta’ tfal jesperjenzaw l-avventura f’ambjent ‘l barra mill-Kumpless Sportiv. |
| Barra minhekk, se jkun organizzat ukoll | il-programm Kidz Blitz għal tfal li jattendu l-ewwel tliet snin ta’ l-iskola primarja. Jiġi organizzat transport minn kull raħal u lura, iżda tfal li jattendu l-ewwel sena ta’ l-iskola primarja jridu jitwasslu mill-ġenituri tagħhom. |
| Din is-sena qed tiġi introdotta inizjattiva | ġdida li permezz tagħha, ġenituri jkunu jistgħu jipparteċipaw f’sessjonijiet ta’ fitness courses waqt il-ħin li t-tfal tagħhom ikunu qed jattendu l-lezzjonijiet ta’ Skolasport. |
| Matul dawn il-jiem, qiegħda ssir | preżentazzjoni li permezz tagħha, tingħata aktar informazzjoni dwar Skolasport lil tfal u studenti fl-iskejjel f’Għawdex. Qed jitqassmu wkoll applikazzjonijiet lil dawn it-tfal, li mbagħad ikunu jistgħu jirritornawhom fl-iskejjel rispettivi tagħhom. |
| L-applikazzjonijiet għal Skolasport 2009 | għadhom qed jintlaqgħu waqt il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex, minn fejn jista’ jinkiseb ukoll aktar tagħrif fuq in-numru tat-telefon 21560677. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en