Left arrow Go Back

AGĦMEL SWITCH: KOMPETIZZJONI GĦALL-AĦJAR INIZJATTIVI DWAR L-ENERĠIJA FL-ISKEJJEL PRIMARJI

pr1754
Date Icon 13/10/2009
Illum tnediet kompetizzjoni għall-aħjarinizjattivi dwar l-enerġija fl-iskejjel primarji bħala parti mill-kampanja Switch. Din hi miftuħa għal ikar minn 24,000 student mill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-kompetizzjoni ġiet imnedija mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said fl-iskola primarja tax-Xgħajra.
Il-ħsieb wara din il-kampanja edukattivaSwitch huwa li t-tfal jirrealizzaw li l-enerġija hija riżorsa prezzjuża u jsiru konxji dwar metodi biex ma jkunx hemm ħela ta’ riżorsi, u fost affarijiet oħra tkun qed issir inqas ħsara lill-ambjent.
Fl-indirizz tiegħu lill-istudenti, Chris Saidqal li permezz ta’ din il-kompetizzjoni, se ssir ħidma flimkien biex jinsab l-aħjar mod ta’ kif nużaw l-enerġija fl-iskejjel tagħna. “Nixtiequ naraw lil kull tifel u tifla jsir aktar konxju mill-użu tal-enerġija madwaru. Intom tqattgħu ħafna mill-ħin tagħkom fl-iskejjel. Għalhekk nixtiqukom tkunu kreattivi u tingħaqdu flimkien ma’ sħabkom tal-klassi u tal-iskola biex toħolqu inizjattivi jew strutturi innovattivi li jiffrankaw l-enerġija għall-użu fl-iskejjel tagħkom stess”.
“Nafu kemm intom l-istudentitistgħu twasslu messaġġi pożittivi u għalhekk nixtiequ wkoll li toħolqu t-tpinġijiet tagħkom dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija jew toħolqu posters, jew xi tip ta’ craft li tafu tagħmlu.”, qal Chris Said.
Permezz tat-tpinġijiet u l-ideat tagħhom,l-istudenti tal-iskejjel primarji jistgħu jagħmlu differenza fl-ambjent ta’ madwarhom u jistgħu jrebbħu solar water heater lill-iskola tagħħom.
Grupp ta’ studenti taw preżentazzjoni dwarl-inizjattivi favur l-ambjent li qed jagħmlu permezz ta’ EkoSkola. Il-Ministru Dolores Cristina faħħret l-inizjattivi tal-istudenti u qalet li aktar minn nofs l-iskejjel tal-Gvern qed jipparteċipaw f’EkoSkola, u li fil-ġimgħat li ġejjin aktar skejjel se jingħaqdu fiha.
Il-Ministru għamlet referenza għall-użu tajjebtal-enerġija fl-iskejjel tal-Gvern. “Hekk għamilna fl-iskola primarja ġdida ta’ Pembroke li laqgħet it-tfal fiha ftit jiem ilu.  Dik l-iskola se tkun l-ewwel bini f’Malta li ma jkollux kont tad-dawl.  L-enerġija biex ikun hemm id-dawl fl-iskola, biex jinxtegħlu l-kompjuters, biex jitħaddmu l-interactive white boards u affarijiet oħra, se tiġi mix-xemx u mir-riħ.”
L-istess qed isir fi skejjel oħra.  L-iskolal-ġdida tal-Mosta qed tinbena fuq disinn fejn il-klassijiet kollha ftit ikollhom bżonn jagħmlu użu mid-dawl elettriku.  “Qed nieħdu diversi miżuri favur l-ambjent u għal ħela anqas ta’ enerġija f’ħafna skejjel tal-Gvern”, kompliet tgħid l-Onor. Dolores Cristina.
Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari fl-aħħartal-attività qassmu ktieb tat-tpinġija li fih storja dwar l-enerġija biex it-tfal ikunu jistgħu jieħdu eżempju minnhom. Dan il-ktieb se jitqassam lit-tfal kollha li jattendu fl-iskejjel primarji.
Il-kompetizzjoni ‘Agħmel Switch’ tagħlaqil-Ġimgħa 20 ta’ Novembru. Membri tal-ġurija se jkunu qed iduru l-iskejjel biex jaraw l-aħjar inizjattivi. Fl-aħħar tas-sena dawn l-inizjattivi għandhom jiġu esebiti waqt Open Day fejn jiġu premjati l-iskejjel rebbieħa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow