‘EKU MILL-MUNXAR....DARI U LLUM’
pr1753
13/10/2009
| Għall-ewwel darba fil-Munxar mis-16 sat-18 | t’Ottubru, attività li tippromwovi l-identità ta’ waħda mill-iżgħar lokalitajiet. |
| Il-Kunsill Lokali tal-Munxar | bil-kolloborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u bis-sehem tal-Ministeru għal Għawdex, bejn is-16 u t-18 ta’ dan ix-xahar ser jorganizza attività kulturali: ‘Eku mill-Munxar...Dari u Llum’. |
| Dan tħabbar | fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Chris Said. Dr Said qal li din hija attività kulturali oħra li qed issir fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex bl-għajnuna tal-Gvern. Permezz tal-iskema ta’ għajnuna, anke lokalitajiet żgħar bħall-Munxar jistgħu jtellgħu avvenimenti li jattiraw mhux biss lin-nies tal-lokalità iżda wkoll lil dawk kollha li jżuru Għawdex matul tmiem il-ġimgħa. |
| Dawn it-tlett ijiem ta’ | attività kontinwa, ser jiftħu fix-Xlendi nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru b’kunċert mill-Big Band Brothers li jibda fis-7.30pm. Fl-istess ħin tiftaħ wirja mill-artist Taljan Sergio Favotto bit-tema relatata mal-ħajja ta’ San Pawl li ġġib l-isem ta’ San Paolo Messaggiero di Cristo. |
| Is-Sibt 17 t’Ottubru, | l-attenzjoni kollha ser tkun iċċentrata fil-pjazza kbira ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Munxar, iddedikata lin-Nawfraġju ta’ San Pawl. Matul dan il-jum, il-pubbliku huwa mistieden biex iżur l-għadd ta’ stands bi snajja tradizzjonali u b’ikel tipiku Malti. |
| Fl-isfond ta’ dan kollu, | fis-7.00 p.m. ser ikun hemm spettaklu ta’ żfin minn diversi gruppi folkloristiċi Għawdxin u fit-8.30 p.m., kunċert mill-Bessell Big Band mill-Ġermanja. Eżatt wara, għad-9.30 p.m., jibda kunċert ieħor mill-Versatile Band. |
| Kemm il-Ġimgħa kif ukoll | is-Sibt, l-attivitajiet jintemmu bi spettaklu tan-nar tal-art maħdum minn kmamar tan-nar minn madwar Malta u Għawdex. |
| ‘Eku mill-Munxar...Dari u | Llum’ jilħaq il-qofol tiegħu l-Ħadd, 18 t’Ottubru b’quddiesa fl-10.00 a.m., fil-knisja Parrokkjali tal-Munxar. Dak inhar il-Quddiesa festiva ta’ San Pawl ser ikollha s-sehem ta’ għannejja Maltin u Għawdxin, b’etajiet ivarjaw minn 10 għal 70 sena. L-għanjiet waqt il-quddiesa huma versi miktuba mill-Prof Oliver Friggieri, Frans Baldacchino “il-Budaj” u Mario Azzopardi. |
| Intant, iktar kmieni, | mis-7.00 a.m. ‘il quddiem, ser tiġi esebita wirja tal-annimali kif ukoll wirja ta’ vetturi antiki bejn id-9.30 a.m. u n-12.30 p.m. flimkien ma’ wirja oħra ta’ muturi klassiċi u tal-epoka. |
| Il-pubbliku huwa mistieden | biex iżur anke l-mitħna sotterranja tax-Xlendi li se tkun miftuħa l-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru 2009 bejn is-6.00 pm u t-8.00 pm; l-għada s-Sibt mill-10.00 a.m sat-3.00 p.m. u matul il-jum tal-Ħadd bejn l-10.00 a.m. u t-3.00 p.m. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en