Left arrow Go Back

‘EKU MILL-MUNXAR....DARI U LLUM’

pr1753
Date Icon 13/10/2009
Għall-ewwel darba fil-Munxar mis-16 sat-18t’Ottubru,  attività li tippromwovi l-identità ta’ waħda mill-iżgħar lokalitajiet.
Il-Kunsill Lokali tal-Munxarbil-kolloborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u bis-sehem tal-Ministeru għal Għawdex, bejn is-16 u t-18 ta’ dan ix-xahar ser jorganizza attività kulturali: ‘Eku mill-Munxar...Dari u Llum’.
Dan tħabbarfil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Chris Said. Dr Said qal li din hija attività kulturali oħra li qed issir fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex bl-għajnuna tal-Gvern. Permezz tal-iskema ta’ għajnuna, anke lokalitajiet żgħar bħall-Munxar jistgħu jtellgħu avvenimenti li jattiraw mhux biss lin-nies tal-lokalità iżda wkoll lil dawk kollha li jżuru Għawdex matul tmiem il-ġimgħa.
Dawn it-tlett ijiem ta’attività kontinwa, ser jiftħu fix-Xlendi nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru b’kunċert mill-Big Band Brothers li jibda fis-7.30pm.  Fl-istess ħin tiftaħ wirja mill-artist Taljan Sergio Favotto bit-tema relatata mal-ħajja ta’ San Pawl li ġġib l-isem ta’ San Paolo Messaggiero di Cristo.
Is-Sibt 17 t’Ottubru,l-attenzjoni kollha ser tkun iċċentrata fil-pjazza kbira ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Munxar, iddedikata lin-Nawfraġju ta’ San Pawl.  Matul dan il-jum, il-pubbliku huwa mistieden biex iżur l-għadd ta’ stands bi snajja tradizzjonali u b’ikel tipiku Malti.
Fl-isfond ta’ dan kollu,fis-7.00 p.m. ser ikun hemm spettaklu ta’ żfin minn diversi gruppi folkloristiċi Għawdxin u fit-8.30 p.m.,  kunċert mill-Bessell Big Band mill-Ġermanja.  Eżatt wara, għad-9.30 p.m., jibda kunċert ieħor mill-Versatile Band.
Kemm il-Ġimgħa kif ukollis-Sibt, l-attivitajiet jintemmu bi spettaklu tan-nar tal-art maħdum minn kmamar tan-nar minn madwar Malta u Għawdex.
‘Eku mill-Munxar...Dari uLlum’ jilħaq il-qofol tiegħu l-Ħadd, 18 t’Ottubru b’quddiesa fl-10.00 a.m., fil-knisja Parrokkjali tal-Munxar. Dak inhar il-Quddiesa festiva ta’ San Pawl ser ikollha s-sehem ta’ għannejja Maltin u Għawdxin, b’etajiet ivarjaw minn 10 għal 70 sena. L-għanjiet waqt il-quddiesa huma versi miktuba mill-Prof Oliver Friggieri, Frans Baldacchino “il-Budaj” u  Mario Azzopardi.
Intant, iktar kmieni,mis-7.00 a.m. ‘il quddiem, ser tiġi esebita wirja tal-annimali kif ukoll wirja ta’ vetturi antiki bejn id-9.30 a.m. u n-12.30 p.m. flimkien ma’ wirja oħra ta’ muturi klassiċi u tal-epoka.
Il-pubbliku huwa mistiedenbiex iżur anke l-mitħna sotterranja tax-Xlendi li se tkun miftuħa l-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru 2009 bejn is-6.00 pm u t-8.00 pm; l-għada s-Sibt mill-10.00 a.m sat-3.00 p.m. u matul il-jum tal-Ħadd bejn l-10.00 a.m. u t-3.00 p.m.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow