Left arrow Mur Lura

XOGĦLIJIET TAL-AWTUR MONS. ANTON SALIBA F’WIRJA F’GĦAWDEX

pr1750
Date Icon 12/10/2009
Fis-sala tal-wirjiet tal-Ministeru għal Għawdexġiet inawgurata wirja ta’ kotba u materjal ieħor relatat mal-pubblikazzjonijiet tal-kitbiet ta’ Mons. Anton Saliba. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu kotba tal-ħrejjef għat-tfal kif ukoll novelli u xogħlijiet għal fuq il-palk.
L-awtur, li twieled u joqgħod f’Ta’ Sannat,qiegħed jesponi aktar minn 25 ktieb li ppubblika f’dawn l-aħħar snin. Għal din l-okkażjoni qiegħed ukoll iniedi tliet kotba li ppubblika dan l-aħħar. L-istejjer huma mmirati lejn tfal u studenti li jattendu skejjel primarji u sekondarji. Ix-xogħlijiet ta’ Mons. Saliba jinkludu wkoll kitbiet għall-palk u dramm storiku li huma ta’ interess għal kulħadd.
Hemm esebiti wkoll għadd ta’ tpinġijiet li sarumill-artisti Għawdxin Carmel Camilleri u Eric Xuereb, li ntużaw biex jagħtu l-ħajja lill-karattri li ħafna drabi huma annimali.  Minbarra li jsawwar l-istejjer tiegħu f’dawn ir-rakkonti, l-awtur jgħaddi wkoll messaġġi u tagħlimiet adattati għal qarrejja żgħar jew mhux daqshekk żgħar.

Din l-esebizzjoni ġiet inawgurata mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, li fissret kif il-ktieb għad għandu funzjoni importanti fil-ħajja ta’ llum, speċjalment fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-kultura. Kien għalhekk li għall-inawgurazzjoni ta’ din il-wirja ġew mistiedna numru ta’ tfal li jattendu l-iskejjel f’Għawdex biex dawn ikunu jistgħu jwasslu dan il-messaġġ fl-iskejjel tagħhom. Il-Ministru faħħret l-inizjattiva u t-talent ta’ Mons. Saliba u rringrazzjatu għad- donazzjoni ta’ sett kotba li huwa ppreżentalha meta kienet imnedija din l-esebizzjoni.

Għall-ftuħ uffiċjali ta’ din il-wirja, ġieorganizzat programm tal-okkażjoni mtella’ minn kumitat apposta. Saret preżentazzjoni dwar il-ħajja tal-awtur u s-Sur Carmel Cachia tkellem dwar ħajjet l-awtur u kitbietu. Tfal li jattendu mit-tielet sal-ħames sena tal-iskola primarja qraw siltiet mill-kotba ta’ Mons. Saliba, fosthom il-ktieb ġdid ‘Il-Fenek’. Inqraw ukoll poeżiji li nkitbu għall-okkażjoni minn Giovann Attard u l-Kav. Joe M. Attard.  Il-wirja ġiet imbierka mill-Kanonku Tarċisju Camilleri.
Il-wirja ser tkun miftuħa sas-Sibt 24 ta’Ottubru 2009. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 a.m. u l-4.30 p.m. u nhar ta’ Sibt bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

Aktar Stqarrijiet Right arrow