Left arrow Mur Lura

JITTELLA’ B’SUĊĊESS IL-QALA INTERNATIONAL FOLK FESTIVAL

pr1749
Date Icon 12/10/2009
Intemmet b’suċċess ir-raba’edizzjoni tal-Qala International Folk Festival, inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Qala, Għawdex, biex tippromwovi l-kultura, it-tradizzjonijiet, il-folklor u dak kollu li jifforma parti mill-istorja ta’ pajjiżna. F’diskors waqt is-serata tal-għeluq, l-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Kunsilli Lokali, faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Qala, li issa rnexxielu jdaħħal dan l-avveniment fil-kalendarju kulturali annwali ta’ pajjiżna. Chris Said qal li s-suċċess tar-raba’ edizzjoni tal-Qala Internatioanl Folk Festival jikkonferma l-użu tajjeb li qed isir mill-iskema mnedija mill-Gvern biex tgħin u timmotiva Kunsilli Lokali jorganizzaw attivitajiet kulturali ta’ livell. Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lill-Kunsill Lokali tal-Qala biex ikompli jħares ’il quddiem u jtella’ iżjed attivitajiet simili.
Il-Qala International Folk Festival ġieorganizzat mill-Kunsill Lokali tal-Qala flimkien mal-Menħir Qala Folk Group. Għall-edizzjoni ta’ din is-sena, li damet għaddejja erbat ijiem, ġew mistiedna żewg gruppi folkloristiċi mis-Slovakkja u mill-Greċja. Apparti dawn, ipparteċipaw ukoll il-grupp Menħir, li kien qed jospita dan il-festival, flimkien ma’ gruppi oħra Għawdxin. Fost l-oħrajn, tul il-festival saret konferenza dwar il-folklor ta’ pajjiżna, ittellgħet wirja dwar xogħlijiet ta’ artiġġjanat maħduma fil-Qala, u ttella’ re-enactment ta’ tieġ Malti antik.
Fiċ-ċerimonija tal-għeluq, is-Sindku tal-Qala,is-Sur Paul Buttigieg, fisser l-għanijiet ta’ dan il-festival, u stqarr li dan il-festival apparti li jqajjem nostalġija fost l-anzjani preżenti, jagħti l-opportunità lit-tfal u ż-żgħażagħ sabiex jiskopru dejjem aktar kif il-ġenituri u n-nanniet tagħhom kienu jgħixu, dwar il-kostumi li kienu jilbsu, it-tip ta’ ikel li kienu jsajru, il-logħob li kienu jilagħbu u x-xogħlijiet tal-artiġġjanat li kienu jagħmlu. Is-Sindku saħaq ukoll dwar l-importanza tal-volontarjat u qal li għal din l-attività pparteċipaw mal-150 persuna b’mod volontarju. Is-Sindku Buttigieg irringrazzja lill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono għas-sostenn u l-għajnuna offruta, lis-Segretarju Parlamentari Chris Said għall-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-iskema tal-attivitajiet kulturali għall-Kunsilli Lokali, kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Mario de Marco tal-għajnuna mogħtija sabiex tittella’ konferenza dwar il-folklor ta’ pajjiżna.
Fi tmiem iċ-ċerimonja, is-SegretarjuParlamentari Chris Said u s-Sindku Paul Buttigieg qassmu tifkiriet u ċertifikati lill-parteċipanti u lill-isponsors kollha li kkontribwew għas-suċċess ta’dan il-Festival.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

Aktar Stqarrijiet Right arrow