JITTELLA’ B’SUĊĊESS IL-QALA INTERNATIONAL FOLK FESTIVAL
pr1749
12/10/2009
| Intemmet b’suċċess ir-raba’ | edizzjoni tal-Qala International Folk Festival, inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Qala, Għawdex, biex tippromwovi l-kultura, it-tradizzjonijiet, il-folklor u dak kollu li jifforma parti mill-istorja ta’ pajjiżna. F’diskors waqt is-serata tal-għeluq, l-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Kunsilli Lokali, faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Qala, li issa rnexxielu jdaħħal dan l-avveniment fil-kalendarju kulturali annwali ta’ pajjiżna. Chris Said qal li s-suċċess tar-raba’ edizzjoni tal-Qala Internatioanl Folk Festival jikkonferma l-użu tajjeb li qed isir mill-iskema mnedija mill-Gvern biex tgħin u timmotiva Kunsilli Lokali jorganizzaw attivitajiet kulturali ta’ livell. Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lill-Kunsill Lokali tal-Qala biex ikompli jħares ’il quddiem u jtella’ iżjed attivitajiet simili. |
| Il-Qala International Folk Festival ġie | organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Qala flimkien mal-Menħir Qala Folk Group. Għall-edizzjoni ta’ din is-sena, li damet għaddejja erbat ijiem, ġew mistiedna żewg gruppi folkloristiċi mis-Slovakkja u mill-Greċja. Apparti dawn, ipparteċipaw ukoll il-grupp Menħir, li kien qed jospita dan il-festival, flimkien ma’ gruppi oħra Għawdxin. Fost l-oħrajn, tul il-festival saret konferenza dwar il-folklor ta’ pajjiżna, ittellgħet wirja dwar xogħlijiet ta’ artiġġjanat maħduma fil-Qala, u ttella’ re-enactment ta’ tieġ Malti antik. |
| Fiċ-ċerimonija tal-għeluq, is-Sindku tal-Qala, | is-Sur Paul Buttigieg, fisser l-għanijiet ta’ dan il-festival, u stqarr li dan il-festival apparti li jqajjem nostalġija fost l-anzjani preżenti, jagħti l-opportunità lit-tfal u ż-żgħażagħ sabiex jiskopru dejjem aktar kif il-ġenituri u n-nanniet tagħhom kienu jgħixu, dwar il-kostumi li kienu jilbsu, it-tip ta’ ikel li kienu jsajru, il-logħob li kienu jilagħbu u x-xogħlijiet tal-artiġġjanat li kienu jagħmlu. Is-Sindku saħaq ukoll dwar l-importanza tal-volontarjat u qal li għal din l-attività pparteċipaw mal-150 persuna b’mod volontarju. Is-Sindku Buttigieg irringrazzja lill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono għas-sostenn u l-għajnuna offruta, lis-Segretarju Parlamentari Chris Said għall-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-iskema tal-attivitajiet kulturali għall-Kunsilli Lokali, kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Mario de Marco tal-għajnuna mogħtija sabiex tittella’ konferenza dwar il-folklor ta’ pajjiżna. |
| Fi tmiem iċ-ċerimonja, is-Segretarju | Parlamentari Chris Said u s-Sindku Paul Buttigieg qassmu tifkiriet u ċertifikati lill-parteċipanti u lill-isponsors kollha li kkontribwew għas-suċċess ta’dan il-Festival. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en