Left arrow Mur Lura

Indirizz mis-Segretarju Parlamentari TA’ ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET, l-Onor. Jason Azzopardi fl-okkazjoni tal-ftuħ uffiċjali  ta’ uffiċini ġodda għal ‘Brian Tonna and Co.’ – Swatar - 12 ta’ Ottubru 2009

pr1748
Date Icon 12/10/2009
Il-ftuħ uffiċjalital-uffiċini ġodda għal Brian Tonna and Co., jimmarka episodju ieħor ta' suċċess mhux biss għall-istituzzjoni Brian Tonna innifisha, iżda anke għall-politika tal-Gvern li jiżviluppa l-Malta f'ċentru reġjonali ewlieni u ta' eċċellenza fis-Servizzi Finanzjarji skond il-pjan u viżjoni għall-2015.
Din l-okkażjonituri li għalkemm id-dinja tinsab għaddejja minn kriżi globali storika, finanzjarja u ekonomika, illi rriżultat f'qgħad estensiv u 'slow-down' ġenerali fis-swieq kollha dinjija, Malta  xorta waħda għadha qed toffri l-ambjent ideali biex tistimula l-attivita' ekonomika.  Huwa ċertifikat ikbar, meta tqis li Malta qed teċċella l-iktar fis-setturi li ġew milquta l-agħar mill-istess ċirkostanzi internazzjonali.
Żgur li dan majseħħx b'kumbinazzjoni.  Dan huwa frott l-ambizzjoni u d-determinazzjoni ta' dawk li jaħdmu f'dan is-settur, u li min hawn, f'isem il-Gvern, nirringrazzja u ninkoraġġixxi għall-ġejjieni.  Fl-istess ħin dan kien ukoll il-frott ta' żviluppi li seħħew; parti mill-politika ta' Gvern li emmen f'dan is-settur.
Il-Gvern jinsabimpenjat li jirrispondi għall-isfidi li qed joffru l-bidliet fl-isfera ekonomika internazzjonali, biex tinżamm garanzija li Malta żżomm dik il-'cutting edge' fuq ħaddieħor, waqt li tibqa' toffri  lill-investituri l-aqwa klima finanzjarja possibbli.
Is-setturtas-Servizzi Finanzjarji għandu rwol importanti li iktar ma jmur qed jikber fl-ekonomija ta' Malta.  Dan is-settur jagħmel użu minn għadd ta' professjonisti, li spiss ikunu speċjalizzati sew f'kamp jew ieħor.  Dan jikkontribwixxi għall-produttivita' lokali.   Mingħajr ma wieħed inaqqas fl-importanza tas-setturi industrijali l-oħra ta' pajjizna, l-iżvilupp tas-settur tas-Servizzi Finanzjarji ikkontribwixxa għal diversifikazzjoni fis-sorsi tat-tkabbir ekonomiku.
Kif kien mistenni,is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kompla jgħin biex Malta żviluppat f'ċentru finanzjarju, speċjalment fl-isfond tal-qafas leġislattiv Ewropew magħrufa bħala passporting rights.  F'Malta għandna 210 istituzzjonijiet li għandhom dawn il-passporting rights, filwaqt li 7 istituzzjonijiet Maltin għandhom passporting rights fl-EU.  Is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea saħħet l-istandards regolatorji tas-settur, f'qafas li kien diġa robust.
Dawn il-fatturiflimkien mal-benefiċċji ta' politika fiskali għaqlija, u klima ekonomika ġeneralment stabbli li ġabet magħha is-sħubija ta' Malta fl-EU, kif ukoll id-dħul ta' Malta fiż-żona Ewro ipprovdew il-pedamenti għat-tkabbir rapidu tas-settur finanzjarju, u biex Malta żiedet fil-viżibbilita' bħala ċentru finanzjarju.  Partikolarment l-addozjoni tal-Ewro eliminat inkwiet żejjed dwar stabbilita' fir-rati tal-kambju, fil-waqt li Malta daħħlet taqsam il-benefiċċji ta' munita unika f'wieħed mill-ikbar swieq tad-dinja.
Jinħtieg xortawaħda nibqgħu nisħqu biex inzidu l-kompetittivita' tagħna u nibnu izjed fuq il-vantaġġi li għandu pajjiżna bhala ċentru finanzjarju.  Il-munita Ewro toffrilna opportunitajiet li jinħtieg li nieħdu, speċjalment fi żmien ta' sfida li għaddejjin minnu.
It-tkabbirkontinwu tas-settur finanzjarju jagħti raġun lill-istrategija tal-Gvern li jiżviluppa dan is-settur bħala pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija.  L-attivita’ ta' intermedjazzjoni  finanzjarja  ikkontribwiet għal 5.1% tal-Gross Value Added fl-ewwel nofs ta' din is-sena – fejn fl-istess perjodu s-sena l-oħra kien 4.7%.  Din iz-zieda  turi ir-reżistenza tas-settur fl-isfond tar-riċessjoni ekonomika.  Is-settur finanzjarju fl-2008 kien responsabbli għal 3.8% tal-popolazzjoni ta' ħaddiema f'Malta, qabza konsiderevoli mir-rata ta' 2.7% is-sena ta' qabel.
In-numru ta'liċenzji għas-settur finanzjarju li ħarġet il-Malta Financial Services Authority jammonta għal 402.   In-numru ta' istituzzjonijiet finanzjarju u monetarji illum huwa ta' 22, żieda ta' 4 mill-2006.  Il-balance-sheet kombinata ta' dawn l-istituzzjonijiet rat tkabbir ta' 10% f'kull sena mill-aħħar tlett snin li għaddew.
Qafas regolatorjub'saħħtu, prattiċi bankarji prudenti u l-addozjoni ta' l-ewro offrew stabbilita' lis-sistema finanzjarja tagħna.  Dawn l-istess fatturi kienu importanti biex Malta setet tiflaħ għat-terbulenzi tal-kriżi ekonomika internazzjonali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

Aktar Stqarrijiet Right arrow