STQARRIJA TAS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA
pr1743
11/10/2009
| Is-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa, | jirreferi għal dak li ġie rapportat dalgħodu fuq il-Gazzetta ‘It-Torċa’ dwar il-Euro Health Consumer Index. |
| Il-Euro Health Consumer Index huwa survey li | jigi kumpilat mill-“Health Consumer Powerhouse” minn Brussel. Din hija kumpanija privata w mhux xi istituzzjoni ufficjali ta l-Unjoni Ewropea. Huwa importanti wkoll li jkun magħruf li dan huwa grupp iffinanzjat minn kumpaniji tal-Farmaċewtika. |
| Għalkemm dan mhux rapport ufficjali, il-Gvern | ħa nota ta’ dak li ġie pprezentat f’dan is-survey, u jibqa mpenjat li: • jnaqqas l-istennija għal ċertu operazzjonijiet, • jibda l-programm ta’ screening tas-sider biex jitnaqqas in-numru ta’ mwiet tal-kanċer fost in-nisa u • li jibda riforma fis-sistema tas-Saħħa primarja. |
| Hu għajb illi l-ġazzetta ‘It-Torċa’, | m’għamlet l-ebda referenza għal stqarrija li nħarġet nhar it-Tnejn 28 ta’ Settembru, mill Ministeru tal-Politika Socjali. Għalhekk qed tkun mehmuża ma’ din l-istqarrija għar-referenza tal-ġurnalist. |
| Il-Gvern dejjem kien u jibqa’ determinat li | jkompli jagħti l-aqwa servizz possibli fis-settur tas-Saħħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989