STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
pr1742
11/10/2009
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern | jirreferi għal numru ta’ rapporti li deheru fil-ġurnali ta’ dalgħodu għar-rigward ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat t’arrest mill-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan nhar is-7 t’Ottubru. |
| Il-fatti kif jirriżultaw lill-Ministeru huma | kif ġej: |
| Nhar is-Sibt wara nofsinhar, Rose Parnis ta’ | 45 sena minn Naxxar tressqet quddiem il-Magistrat Dr. S. Meli LL.D fejn, fost diversi akkużi, ġiet mixlija li fis-7 t’Ottubru 2009, f’San Gwann, għamlet reżistenza bi vjolenza fuq diversi membri tal-Korp tal-Pulizija waqt li dawn kienu qegħdin jesegwixxu mandat t’arrest maħruġ leġittimament mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta rigward każ ieħor li kien qed jinstema’ quddiem l-istess Qorti. |
| L-akkużata wieġbet li m’hix ħatja, u ngħatat | il-libertà proviżorja bil-kundizzjoni li tiffirma l-Għassa tal-Pulizija tan-Naxxar darba fil-ġimgħa, kif ukoll fuq garanzija personali ta’ €3,000. |
| Jidher li l-akkużata għamlet allegazzjoni ta’ | użu eċċessiv ta’ forza minn membri tal-Korp tal-Pulizija waqt l-eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat ta’ arrest. Rigward dan il-fatt digà inbdiet investigazzjoni mit-Taqsima tal-Affarijiet Interni tal-Korp. |
| Għalkemm intalbet l-għajnuna tal-familjari | tal-akkużata sabiex jingħata CCTV recording li kien jinstab fil-post minn fejn sar l-arrest sabiex dan jgħin fl-investigazzjoni, il-familjari, kif ukoll l-avukat difensur tal-akkużata, rrifjutaw li jgħatu dan ir-recording lill-Pulizija. |
| Ta’ min jgħid, madanakollu, li l-akkużata | f’ebda ħin ma qajjmet dawn l-allegazzjonijiet waqt is-smiegħ tal-preżentata tagħha fil-Qorti l-bieraħ. Anqas ma jirriżulta li dan il-każ ġie rrappurtat lill-Bord tal-Pulizija, li huwa Bord imwaqqaf bil-liġi sabiex jinvestiga allegazzjonijiet bħal dawn, b’mod indipendenti u mingħajr interferenza, hekk kif garantit mill-istess liġi. |
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern | jissoleċita sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u li dawn isibu l-koperazzjoni tal-partijiet kollha involuti sabiex jekk jirriżulta li hemm xi ksur tal-ligi jittieħdu l-passi meħtieġa fil-Qrati tal-Ġustizzja, li huma l-istituzzjoni waħdanija li tista tiggarantixxi smiegħ xieraq u ġust f’pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989