DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-GĦOTI TAL-MALTA GOVERNMENT SCHOLARSHIPS’ SCHEME – POSTGRADUATE SCHEME U L-ISCHOLARSHIPS TAĦT L-ISKEMA STEPS, FIĊ-ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI, VALLETTA
pr1735
09/10/2009
Mistednin Distinti,
Studenti,
Ġenituri,
Sinjuri,
Dan tal-lejla hu avveniment importanti. Avveniment importanti għal kull wieħed u waħda minkom. Għall-ġenituri tagħkom li stinkaw biex jarawkom timxu ‘l quddiem fl-istudji tagħkom. Għal familji tagħkom ghaliex l-entużjażmu u s-sagrifiċċji tagħkom u tagħhom qed jissarrfu.
| Imma hu mument importanti wkoll għal pajjiżna | għaliex dan li qegħdin nagħmlu l-lejla hu wkoll it-tweġiba tagħna għall-isfidi kbar li qegħdin niffaċċjaw bħalissa u għall-opportunitajiet li ser ikunu miftuħin għal pajjiżna – u allura għalikom – fix-xhur u s-snin li ġejjin. |
| Huwa proprju għalhekk li għalija bħala Prim | Ministru hu tassew mument ta’ sodisfazzjon li nara tant żgħażagħ b’enerġija lesti li jkomplu javvanzaw ‘il quddiem billi jinvestu fil-ħiliet tagħhom. |
| Illum qiegħed nara pass ieħor iseħħ fit-triq | biex titwettaq il-viżjoni li jiena għandi għal pajjiżna. |
| Kien ta’ pjaċir għalija li nisma’ lit-tliet | studenti jaqsmu l-esperjenza tagħhom. Nixtieq f’isem il-poplu Malti u Għawdxi nifirħilkom tas-suċċess li qed tiksbu u tal-kontribut li qed tagħtu lill-pajjiż. Bid-diskorsi tagħkom urejtu li l-għoti tal-boroż ta’ studju huma ta’ benefiċċju kbir kemm għalikom kif ukoll għall-pajjiżna. |
| Meta bħala pajjiż naraw kemm irnexxielna | navvanzaw u niksbu suċċess f’oqsma anke fuq livell reġjonali u Ewropew naraw li l-qofol tal-kisbiet tagħna kien dejjem il-bniedem. |
Ksibna għax investejna.
Investejna u għadna ninvestu għax nemmnu fikom. Nemmnu fit-tfal tagħna sa minn etajiet żgħar. Nemmnu fiż-żgħażagħ. Nemmnu f’pajjiżna.
| Nemmnu fil-kapaċitajiet u l-ħiliet tal-Malti u | tal-Għawdxi u intom xhieda ta’ dan il-potenzjal. Potenzjal li se jkompli jixpruna l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna fil-futur, permezz tal-ispeċjalizzazzjoni li se tagħmlu. |
| F’dinja dejjem aktar globalizzata, kif rajna | matul din l-aħħar sena, se nkunu konfrontati b’numru ta’ sfidi. Però, kull sfida ġġib opportunità magħha. Dan iseħħ biss jekk bħala pajjiż nagħrfu dawn l-opportunitajiet u rridu nkunu ppreparati billi kontinwament niżviluppaw il-ħiliet tal-poplu tagħna. |
| Il-bniedem, permezz tar-riċerka li jagħmel, | jista’ jitqies bħala l-ħolqa li tgħaqqad id-dinja tal-edukazzjoni ma’ dik tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali, teknoloġiku u ambjentali. Għalhekk l-investiment fl-edukazzjoni, fir-riċerka u l-innovazzjoni mhux biss investiment fir-riżorsa umana imma hu wkoll investiment fil-potenzjal tal-pajjiż kif qalu tajjeb iż-żgħażagħ qabli. |
| It-tkomplija u l-estensjoni tal-Malta | Government Scholarship Scheme qed tagħti kontribut importanti lill-pajjiżna hekk kif qiegħed jiżdied l-għadd ta’ żgħażagħ Maltin bi kwalifiki għoljin u speċjalizzati. Din is-sena nedejna l-program STEPS, skema ta għaxar miljun ewro b’ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea. F’dawn l-erba’ snin il-Gvern se jkun ta 540 borża ta’ studju. Sa 4 snin ilu ż-żgħażagħ kienu jiddependu biss minn xi scholarship li kien joffri Gvern jew istituzzjoni barranja. Jew inkella, biex jistudjaw barra, il-ġenituri tagħhom kien ikollhom iħallsu flejjes kbar, li kienu jaqtgħu qalb ħafna. Għamilna deċiżjoni konxja. Għamilna deċiżjoni strateġika. Trid tkun il-politika tagħna, irridu nkunu aħna li nsostnu u ninvestu fiż-żgħażagħ u anki adulti li jkunu jridu jispeċjalizzaw u jirriċerkaw aktar. |
| Investiment ieħor fl-istudenti ta’ pajjiżna hu | permezz tal-istipendji. Din is-sena 15,000 student u studenta qed igawdu mill-istipendji b’investiment ta’ 21 miljun ewro. Il-Gvern immexxi minni huwa kommess li jkompli jinvesti fl-istudenti permezz tal-istipendji. |
| Qed ninvestu fil-livelli kollha tal-edukazzjoni | f’pajjiżna. Irridu nkomplu noffru aktar korsijiet lill-istudenti tagħna u niftħulhom aktar opportunitajiet biex jirnexxu. Minn din is-sena l-MCAST, minbarra li joffri 127 kors differenti full-time u b’għażla vasta ta’ 282 kors part-time, qiegħed joffri numru ta’ degree courses flimkien mal-Istitut prestiġjuż Ġermaniż Fraunhofer-Gesellschaft. Fl-istess ħin, l-Università ta’ Malta qiegħda toffri aktar minn 900 kors differenti, 16 minnhom korsijiet ġodda li bdew din is-sena. |
| Biex verament l-istudenti jkollhom l-aħjar | edukazzjoni, il-Gvern qiegħed jinvesti fl-ambjent edukattiv f’kull livell. Matul is-sajf saru xogħlijiet f’63 skola u infetħet l-iskola l-ġdida għat-tfal tal-primarja ġewwa Pembroke. Fil-livell tal-primarja u s-sekondarja komplejna nintegraw l-ICT u llum hemm aktar minn 9,000 computer fl-iskejjel tagħna. Qed isir xogħol ta’ estensjoni fil-Junior College biex ikun jista’ jilqa’ aktar studenti. Fl-Università l-investiment huwa vast u jkopri numru ta’ setturi. L-iżvilupp tal-fakultà tal-ICT kif ukoll investiment qawwi fil-laboratorji u faċilitajiet għar-riċerka u l-innovazzjoni jlaħħqu mal-50 miljun ewro. |
| Il-pass li jmiss hu li nħarsu lil hinn | mill-istrutturi formali tal-edukazzjoni. Irridu nsaħħu aktar is-sinerġija bejn l-edukazzjoni formali, l-industrija u l-iżvilupp ta’ pajjiżna. Ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif qalu l-istudenti qabli, huma l-ħolqa ta’ din il-katina. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija bħala Prim Ministru li nisma’ dawn l-istudenti li bir-riċerka tagħhom qed jagħtu kontribut lill-industrija. Intom miġbura hawn illejla smajtu li bir-riċerka li tkunu qed tagħmlu se tkunu qed tikkontribwixxu lejn aktar investiment f’pajjiżna u aktar ħolqien tax-xogħol. Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija qed jagħti sehem importanti f’dan il-proċess. Fil-fatt qed jgħin numru ta’ kumpaniji u riċerkaturi biex jikkummerċjalizzaw ir-riċerka u l-proġetti tagħhom. Bħalissa hemm 28 proġett li qed igawdu minn skemi tal-Kunsill u hemm interess minn barra minn Malta għal numru minn dawn il-proġetti. Proġetti li jwasslu għal ħolqien tax-xogħol, investiment u titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħna. |
| Il-Kordin Business Incubation Centre | wkoll hi storja ta’ suċċess b’aktar minn 40 kumpaniji li gawdew mill-għajnuna. Dan iċ-ċentru jservi ta’ inkubatur għall-ideat biex jitwettqu fin-negozju. Irridukom tinvestu fl-ideat tagħkom għax intom il-futur ta’ pajjiżna u bl-ideat tagħkom aħna nistgħu nkomplu noħolqu aktar ġid u xogħol. |
| Qed ninvestu fikom għax nemmnu fil-potenzjal ta’ | kull wieħed u waħda minkom. Intom eżempju ħaj ta’ dan il-potenzjal. Nemmen li intom kollha se tingħataw ħafna opportunitajiet biex turu xi ssarrfu. |
| Bħala benefiċjarji ta’ dawn il-boroż ta’ studji | se tkunu, kif rajtu llejla stess minn sħabkom, role models – protagonisti permezz tal-istudji u r-riċerka tagħkom. Intom ukoll ir-riżultat tal-edukazzjoni li ngħatajtu tul iż-żmien mill-familjari u l-għalliema tagħkom. |
| Għalhekk nixtieq nifraħ u nirringrazzja lilkom – | il-ġenituri - għax il-kisbiet ta’ dawn l-istudenti ma kinux ikunu possibbli mingħajrkom. |
| Lil dawk li xtaqu li qegħdin hawn bħala | benefiċjarji imma għal xi raġuni m’humiex inwasslilkom messaġġ ta’ kuraġġ. Li ppruvajtu diġà turi d-determinazzjoni li tkomplu tistudjaw u tavvanzaw. Inħeġġiġkom biex ma taqtgħux qalbkom għax il-Gvern kommess li jkompli jżid dawn l-opportunitajiet, b’aktar sejħiet biex jingħataw scholarships oħra. |
| Lilkom hawn miġbura, filwaqt li nifirħilkom | kollha nawguralkom suċċess għal futur tagħkom. |
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989