Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JILTAQA’ MAL-KAPIJIET TAL-ISKEJJEL FIL-PALAZZ VERDALA

pr1734
Date Icon 09/10/2009
Il-President George Abela, dalgħodu laqa’lill-Kapijiet tal-iskejjel; kemm dawk tal-Istat, tal-Knisja kif ukoll Indipendenti, fil-Palazz Verdala.
Filwaqt li awguralhom għal sena skolastikaġdida, il-President Abela tkellem ukoll rigward il-kampanja tal-’Piggy Bank’ li se tiġi mnedija fil-jiem li ġejjin – kampanja li tifforma parti mill-‘Istrina’ ta’ din is-sena u li hija sponsorjata mill-‘Bank of Valletta’.
Il-President Abela talab għall-appoġġ sħiħtal-istess kapijiet u spjega li iktar ma jinġabru fondi minn din il-kampanja, ikunu jistgħu jiġu milqugħa iktar talbiet li jsiru regolarment għand il-’Malta Community Chest Fund’.
F’din il-laqgħa tkellem ukoll is-Sur GinoXuereb, f’isem il-Kap Eżekuttiv tal-‘Bank of Valletta’ fejn stqarr li din hija s-sitt sena konsekuttiva li l-istess bank qed jisponsorja din il-kampanja, u wera s-sodisfazzjon tiegħu li minnha, f’dawn is-snin, inġabret is-somma ta’ aktar minn kwart ta’ miljun ewro.
Il-Kapijiet tal-iskejjel wara kellhom l-opportunita’li jżuru wkoll il-Palazz Verdala.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

Aktar Stqarrijiet Right arrow