8 KUNSILLI LOKALI F’GĦAWDEX GĦADDEJJIN B’XOGĦLIJIET FI 17-IL TRIQ LOKALI
pr1731
09/10/2009
| Xogħol estensiv mill-Kunsill Lokali | tal-Għasri |
| Waqt żjara li s-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said għamel fir-raħal tal-Ghasri fil-preżenza tas-Sindku Andrew Vella, seta’ jara x-xoghol estensiv li l-Kunsill Lokali qed iwettaq fuq ir-rikostruzzjoni ta’ Triq Dun Karm Caruana, li twassal għall-pjazza prinċipali tar-raħal. |
| L-Onor. Chris Said stqarr li għas-sena 2009 | il-Gvern għadda s-somma ta’ €4.8 miljun sabiex jintefqu fuq manutenzjoni estensiva jew kisi mill-ġdid bit-tarmak ta’ 162 triq li taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-kunsilli lokali. Tmienja minn dawn il-lokalitajiet huma f’Għawdex. |
| Il-proġett ambizzjuż u bżonnjuż ta’ | rikostruzzjoni ta’ Triq Dun Karm Caruana hu wieħed minn dawk approvati għal-lokalità tal-Għasri li jaqgħu taħt din il-miżura, fejn il-Kunsilli Lokali huma obbligati li jonfqu l-flus allokati għat-toroq proprju f’dan is-settur. |
| Ix-xoghlijiet kienu jistipulaw illi tinqala’ | t-triq tul il-medda tagħha kollha u titħammel fuq għoli ta’ madwar metru, ħalli jitneħħa t-tafal ta’ taħt kollu u t-triq tkun tista’ tinbena fuq pedamenti ġodda u sodi. F’Marzu ta’ din is-sena, inħarġet sejħa għall-offerti għal dan il-proġett. |
| Peress li din it-triq kienet tbati mill-għarar | tax-xita, il-proġett ġie inizzjat bil-kostruzzjoni ta’ gandott li jiġbor l-ilma tax-xita. Inbidel il-main ta’ l-ilma u nbidlu s-servizzi tal-ilma kif ukoll is-servizzi tad-drenaġġ tar-residenzi. |
| Ir-rikostruzzjoni ta’ din it-triq inkludiet | ukoll il-bini mill-ġdid ta’ bankina unita matul it-triq kollha. Finalment, għandha tingħata kisja bit-tarmak, liema xogħol hu maħsub li jintemm fi ftit ġranet oħra. Wara dan kollu, l-Kunsill Lokali ħaseb biex isiru wkoll is-sinjali tat-traffiku u dawk għall-ipparkjar. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said faħħar | dan il-proġett li qed iwettaq il-Kunsill Lokali Għasri għall-ġid tal-lokalità u esprima s-sodisfazzjon tiegħu ghall-ħidma tas-Sindku u l-kunsilliera li qed jaħdmu sabiex l-Għasri jibqa’ jgawdi minn livell tajjeb fit-toroq lokali u wkoll f’ħidma oħra soċjali, edukattiva u ambjentali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989