Left arrow Go Back

8 KUNSILLI LOKALI F’GĦAWDEX GĦADDEJJIN B’XOGĦLIJIET FI 17-IL TRIQ LOKALI

pr1731
Date Icon 09/10/2009
Xogħol estensiv mill-Kunsill Lokalital-Għasri
Waqt żjara li s-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said għamel fir-raħal tal-Ghasri fil-preżenza tas-Sindku Andrew Vella, seta’ jara x-xoghol estensiv li l-Kunsill Lokali qed iwettaq fuq ir-rikostruzzjoni ta’ Triq Dun Karm Caruana, li twassal għall-pjazza prinċipali tar-raħal.
L-Onor. Chris Said stqarr li għas-sena 2009il-Gvern għadda s-somma ta’ €4.8 miljun sabiex jintefqu fuq manutenzjoni estensiva jew kisi mill-ġdid bit-tarmak ta’ 162 triq li taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-kunsilli lokali. Tmienja minn dawn il-lokalitajiet huma f’Għawdex.
Il-proġett ambizzjuż u bżonnjuż ta’rikostruzzjoni ta’ Triq Dun Karm Caruana hu wieħed minn dawk approvati għal-lokalità tal-Għasri li jaqgħu taħt din il-miżura, fejn il-Kunsilli Lokali huma obbligati li jonfqu l-flus allokati għat-toroq proprju f’dan is-settur.
Ix-xoghlijiet kienu jistipulaw illi tinqala’t-triq tul il-medda tagħha kollha u titħammel fuq għoli ta’ madwar metru, ħalli jitneħħa t-tafal ta’ taħt kollu u t-triq tkun tista’ tinbena fuq pedamenti ġodda u sodi. F’Marzu ta’ din is-sena, inħarġet sejħa għall-offerti għal dan il-proġett.
Peress li din it-triq kienet tbati mill-għarartax-xita, il-proġett ġie inizzjat bil-kostruzzjoni ta’ gandott li jiġbor l-ilma tax-xita. Inbidel il-main ta’ l-ilma u nbidlu s-servizzi tal-ilma kif ukoll is-servizzi tad-drenaġġ tar-residenzi.
Ir-rikostruzzjoni ta’ din it-triq inkludietukoll il-bini mill-ġdid ta’ bankina unita matul it-triq kollha. Finalment, għandha tingħata kisja bit-tarmak, liema xogħol hu maħsub li jintemm fi ftit ġranet oħra. Wara dan kollu, l-Kunsill Lokali ħaseb biex isiru wkoll is-sinjali tat-traffiku u dawk għall-ipparkjar.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said faħħardan il-proġett li qed iwettaq il-Kunsill Lokali Għasri għall-ġid tal-lokalità u esprima s-sodisfazzjon tiegħu ghall-ħidma tas-Sindku u l-kunsilliera li qed jaħdmu sabiex l-Għasri jibqa’ jgawdi minn livell tajjeb fit-toroq lokali u wkoll f’ħidma oħra soċjali, edukattiva u ambjentali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow