IT-TIENI FAŻI TAL-PROĠETT F’WIED IL-MIELAĦ FL-GĦARB: LEJN TURIŻMU EKOLOĠIKAMENT U KULTURALMENT SOSTENIBBLI
pr1728
09/10/2009
| Wara li l-Kunsill Lokali Għarb wettaq | b’suċċess l-ewwel fażi ta’ proġett ambjentali f’Wied il-Mielaħ, grazzi għall-għajnuna ta’ Fondi Strutturali għal Malta (2004 – 2006), l-istess Kunsill qed jerġa’ jingħata għajnuna biex jgħaddi għat-tieni fażi ta’ dan il-proġett ambizzjuz li daħal għalih. Din id-darba qed tingħata għajnuna ta’ madwar €570,000 taħt il-Fond ta’ Koeżjoni (2007–2013). Dan il-progett huwa ko-finanzjat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u mill-Kunsill Lokali Gharb. |
| Fl-ewwel fażi tal-proġett, il-Kunsill seta’ | jwettaq xogħol ta’ konservazzjoni u protezzjoni ta’ Wied il-Mielaħ - xogħlijiet relatati mal-kostruzzjoni u rranġar ta’ parti mill-ħitan tas-sejjieħ li l-iktar li kienu fi stat ħażin, kif ukoll parti mit-tindif tal-Wied. Permezz tax-xogħlijiet li ser iwettaq issa, il-Kunsill ser jibdel l-inħawi ta’ Wied il-Mielaħ u ‘l madwar fi proġett ta’ mixjiet fil-kampanja biex itejjeb il-prodott turistiku f’Għawdex. |
| Waqt żjara fil-post mis-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said fil-preżenza tal-kunsilliera tal-Għarb, is-Sindku David Apap ta dettalji dwar ix-xogħlijiet li huma ppjanati li jitwettqu f’dawn it-18-il xahar li ġejjin. |
| Dawn jinkludu fost l-oħrajn: titjib | għall-aċċessibilità permezz tal-bini ta’ pontijiet; jiġi rranġat it-taraġ li jagħti għall-baħar u jsirlu safety railing għall-użu tal-għawwiema, jitħawlu siġar u jingħata wiċċ ġdid lit-triq. |
| Ser jitpoġġew ukoll cameras li jaħdmu permezz | ta’ enerġija solari. Apparti dan se jiġi ppubblikat materjal informattiv bi brochures u ktejjeb dwar l-inħawi ta’ Wied il-Mielaħ u postijiet oħra ta’ interess fl-Għarb, biex jintużaw bħala għajnuna għat-turisti kif ukoll se jiġi nstallat materjal awdjoviżiv u jitwaħħlu tabelli indikattivi għal min iżur dawn l-inħawi naturali. |
| L-iskop aħħari tal-proġett huwa li joffri | prodott rinovat lill-viżitatur lokali u barrani, speċifikament għall-mixjiet fil-kampanja. Dan ser jagħmel lir-raħal tal-Għarb iktar kompetittiv f’dak li huwa destinazzjoni turistika rurali. B’dan il-mod il-Kunsill qed ukoll ikun pijunier f’dan il-qasam anke fil-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex, Gżira Ekoloġika. |
| Il-Kunsill jemmen ferm fil-potenzjal ta’ din | il-ġawhra unika li huwa dan il-Wied, b’mod partikolari għat-tieqa ffurmata b’mod naturali fil-blat, u l-baħar ta’ l-inħawi li huwa mfittex kemm għas-sajd u kemm mill-bugħaddasa. Fil-fatt dan is-settur turistiku tal-bugħaddasa ser igawdi ferm meta jitlesta dan il-proġett għax ser jinħoloq sit ieħor għall-għaddasa meta Għawdex huwa mfittex sew f’dan il-qasam. |
| Il-mira tal-Kunsill mhix biss li l-inħawi ta’ | Wied il-Mielaħ jitgawdew mit-turisti imma ukoll li dan il-post jitgawda iktar mill-Għawdxin u mir-residenti tal-Għarb għax ser ikun qed joffri post ideali ta’ mistrieħ għal kulħadd u partikolarment għall-familji. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989