Left arrow Go Back

IT-TIENI FAŻI TAL-PROĠETT F’WIED IL-MIELAĦ FL-GĦARB: LEJN TURIŻMU EKOLOĠIKAMENT U KULTURALMENT SOSTENIBBLI

pr1728
Date Icon 09/10/2009
Wara li l-Kunsill Lokali Għarb wettaqb’suċċess l-ewwel fażi ta’ proġett ambjentali f’Wied il-Mielaħ, grazzi għall-għajnuna ta’ Fondi Strutturali għal Malta (2004 – 2006), l-istess Kunsill qed jerġa’ jingħata għajnuna biex jgħaddi għat-tieni fażi ta’ dan il-proġett ambizzjuz li daħal għalih. Din id-darba qed tingħata għajnuna ta’ madwar €570,000 taħt il-Fond ta’ Koeżjoni (2007–2013). Dan il-progett huwa ko-finanzjat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u mill-Kunsill Lokali Gharb.
Fl-ewwel fażi tal-proġett, il-Kunsill seta’jwettaq xogħol ta’ konservazzjoni u protezzjoni ta’ Wied il-Mielaħ - xogħlijiet relatati mal-kostruzzjoni u rranġar ta’ parti mill-ħitan tas-sejjieħ li l-iktar li kienu fi stat ħażin, kif ukoll parti mit-tindif tal-Wied. Permezz tax-xogħlijiet li ser iwettaq issa, il-Kunsill ser jibdel l-inħawi ta’ Wied il-Mielaħ u ‘l madwar fi proġett ta’ mixjiet fil-kampanja biex itejjeb il-prodott turistiku f’Għawdex.
Waqt żjara fil-post mis-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said fil-preżenza tal-kunsilliera tal-Għarb, is-Sindku David Apap ta dettalji dwar ix-xogħlijiet li huma ppjanati li jitwettqu f’dawn it-18-il xahar li ġejjin.
Dawn jinkludu fost l-oħrajn: titjibgħall-aċċessibilità permezz tal-bini ta’ pontijiet; jiġi rranġat it-taraġ li jagħti għall-baħar u jsirlu safety railing għall-użu tal-għawwiema, jitħawlu siġar u jingħata wiċċ ġdid lit-triq.
Ser jitpoġġew ukoll cameras li jaħdmu permezzta’ enerġija solari. Apparti dan se jiġi ppubblikat materjal informattiv bi brochures u ktejjeb dwar l-inħawi ta’ Wied il-Mielaħ u postijiet oħra ta’ interess fl-Għarb, biex jintużaw bħala għajnuna għat-turisti kif ukoll se jiġi nstallat materjal awdjoviżiv u jitwaħħlu tabelli indikattivi għal min iżur dawn l-inħawi naturali.
L-iskop aħħari tal-proġett huwa li joffriprodott rinovat lill-viżitatur lokali u barrani, speċifikament għall-mixjiet fil-kampanja. Dan ser jagħmel lir-raħal tal-Għarb iktar kompetittiv f’dak li huwa destinazzjoni turistika rurali. B’dan il-mod il-Kunsill qed ukoll ikun pijunier f’dan il-qasam anke fil-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex, Gżira Ekoloġika.
Il-Kunsill jemmen ferm fil-potenzjal ta’ dinil-ġawhra unika li huwa dan il-Wied, b’mod partikolari għat-tieqa ffurmata b’mod naturali fil-blat, u l-baħar ta’ l-inħawi li huwa mfittex kemm għas-sajd u kemm mill-bugħaddasa. Fil-fatt dan is-settur turistiku tal-bugħaddasa ser igawdi ferm meta jitlesta dan il-proġett għax ser jinħoloq sit ieħor għall-għaddasa meta Għawdex huwa mfittex sew f’dan il-qasam.
Il-mira tal-Kunsill mhix biss li l-inħawi ta’Wied il-Mielaħ jitgawdew mit-turisti imma ukoll li dan il-post jitgawda iktar mill-Għawdxin u mir-residenti tal-Għarb għax ser ikun qed joffri post ideali ta’ mistrieħ għal kulħadd u partikolarment għall-familji.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow