MESSAĠĠ MILL-ONOR. MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM IDDEDIKAT LIS-SAĦĦA MENTALI L-10 TA’ OTTUBRU 2009
pr1725
09/10/2009
| Hu stmat li wieħed minn kull erba’ persuni | jbatu minn problema ta’ saħħa mentali tul ħajjithom. Minkejja dan, persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jbatu ħafna mhux biss minħabba l-kundizzjoni tagħhom, imma anki minħabba l-istigma li għad hawn fil-konfront ta’ dan il-mard. Tant hu hekk li hu kkalkulat li 26% biss ifittxu l-kura. L-oħrajn jibqgħu lura għax jibżgħu li se jiġu ġġudikati u ttimbrati. |
| Hija ħasra li għad hawn fostna min jaħseb li | persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jista’ jiddieħak bihom jew jirredikolahom ħafna drabi fil-pubbliku. Oħrajn jiġu mwarrba u jsibuha ferm diffiċli biex jintegraw ruħhom fis-soċjetà jew fid-dinja tax-xogħol. Aġir bħal dan joħloq ħafna tbatija mhux biss lil dawn il-persuni, imma anki lill-familji tagħhom inkluż lit-tfal tagħhom. |
| Fl-Unjoni Ewropea hu stmat li hawn madwar 50 | miljun persuna li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tbassar li fi ftit snin oħra l-problemi ta’ Saħħa Mentali se tkun it-tieni l-aktar kundizzjoni komuni wara dik tal-mard tal-qalb. Dawn il-figuri jikkonfermaw kemm hu faċli li int, jien jew xi ħadd qrib tagħna jista’ jimrad bi problemi ta’ saħħa mentali. Jekk jiġri dan m’hemmx dubju li nkunu nixtiequ min jagħdirna, jifhimna, jieqaf magħna u mal-familja tagħna u mhux jiġġudikana u jiddieħak bina. |
| Il-Gvern hu impenjat li jkompli jinvesti | fil-kura tal-mard mentali. Fl-Isptar Monte Karmeli għaddej programm ta’ refurbishing. Sadanittant, qed jiġu żviluppati u mifruxa aktar servizzi fil-komunità għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Dan biex sa fejn hu possibbli, anki dawn il-pazjenti jibqgħu jgħixu mal-familji tagħhom u jsibu s-sapport, il-kura u l-għajnuna li jkollhom bżonn fil-komunità. Għalkemm dan l-investiment hu importanti u meħtieġ, fl-aħħar mill-aħħar kull wieħed u waħda minna għandu sehem ferm u ferm importanti x’jagħmel billi lkoll flimkien inkomplu niġġieldu kontra l-istigma. Dan biex ma nkomplux nagħmlu l-ħajja ta’ dawn il-pazjenti ferm aktar diffiċli. |
| F’dan il-jum internazzjonali ddedikat | lis-Saħħa Mentali rrid insellem lill-persuni kollha li bħalissa għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali, kif ukoll lill-familji tagħhom. Insellem ukoll u nirringrazzja lill-professjonisti u membri tal-istaff li b’dedikazzjoni u impenn qed jieħdu ħsieb dawn il-persuni. |
| Ma ninsew qatt li għada nistgħu nkunu jien | jew int li ngħaddu minn esperjenza ta’ problema ta’ saħħa mentali. Nittama li f’dak il-każ inkunu komdi li ħaddieħor jitratta magħna l-istess kif illum jien u int qed nitrattaw ma’ dawk li bħalissa għaddejjin minn din l-esperjenza. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989