Left arrow Go Back

IL-KUMMISSJONI TFAĦĦAR LIL MALTA GĦALL-INĊENTIVI MOGĦTIJA WAQT IL-KRIŻI EKONOMIKA U FINANZJARJA U GĦALL-INVESTIMENT TAGĦHA FL-INFRASTRUTTURA

pr1724
Date Icon 08/10/2009
F’rapport ippreżentat lill-istituzzjonijietEwropej dwar iż-żona ewro, il-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta kellha wieħed mill-aktar pakketti ta’ stimolu fiskali b’saħħithom fost il-bqija tal-membri bl-għan li tilqa’ għall-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali. Filfatt, ir-rapport jgħid li l-akbar pakketti ta’ inċentivi ngħataw minn Spanja (2.3% tal-PGD), l-Awstrija (1.8%), Finlandja (1.7%) u Malta 1.6%. Ir-rapport jinnota li xi Stati Membri ma taw l-ebda kontribuzzjoni fil-pjan ta’ rkupru ekonomiku minħabba li l-finanzi tagħhom ma tawhom ebda spazju. Għall-kuntrarju, il-fatt li pajjiżna fis-snin ta’ qabel ħadem biex ikollu finanzi fis-sod ippermettilu jkun f’din il-pożizzjoni li jappoġġja l-ekonomija, billi fost l-oħrajn intervjena fis-setturi tat-turiżmu u l-manifattura, għajnuna li wasslet biex l-impatt fuq pajjiżna kien ferm anqas aħrax milli f’pajjiżi oħra.
Il-Kummissjoni faħħret l-isforzi tal-GvernMalti biex is-sistema fiskali u tal-benefiċċji soċjali tkun waħda li tinċentiva lin-nies biex jaħdmu. Aktar minn hekk, ir-rapport jgħid li filwaqt li numru ta’ pajjiżi ħadu miżuri li jidhru bħala temporanji, hija identifikat lill-Malta bħala wieħed minn żewġ pajjiżi biss, bħall-Finlandja, fejn kien hemm tnaqqis tal-pressjoni fiskali speċjalment għal dawk bi dħul baxx. Punt ieħor pożittiv li fuqu saħqet il-Kummissjoni kien l-inċentivi mmirati biex jappoġġjaw lin-nisa li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol li l-Gvern implimenta fl-aħħar xhur.
Fir-rigward tal-investiment, ir-rapportjinnota li prattikament l-Istati Membri kollha ħabbru miżuri intenzjonati biex iżidu sostanzjalment l-investiment fl-infrastruttura fiżika tal-pajjiż, għalkemm is-saħħa ta’ dan ivarja bejn l-Istati Membri. Għal darb’oħra, il-Kummissjoni tinnota li kienu sitt pajjiżi, fosthom Malta, li investew l-aktar f’dan is-sens.
Ir-rapport innota li fiż-żona ewro kien hemmżieda ġenerali fin-nefqa tal-Gvernijiet Ewropej, minn 46.1% tal-PGD għal 46.6 fl-2008. Ir-rapport jinnota li fil-każ ta’ Malta, in-nefqa akbar milli kien mistenni kienet dovuta fil-parti l-kbira għan-nefqa marbuta mat-Tarzna, fejn bl-iskemi ta’ rtirar minn kmieni, il-Gvern għamel it-Tarzna aktar attraenti fit-tnedija tal-proċess ta’ privatizzazzjoni.
B’reazzjoni għal dan ir-rapport, il-Ministrutal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech esprima s-sodisdazzjon tiegħu għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea: “Il-mira ewlenija tagħna kienet li nsalvaw l-impjiegi u li nimbuttaw l-ekonomija biex din tibqa’ għaddejja f’mumenti fejn bosta ekonomija madwarna kienu qed jikkrollaw. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Kummissjoni Ewropea indikat lilna bħala fost l-aktar pajjiżi li investejna l-aktar biex nilqgħu għal dawn l-isfidi. Naturalment, ma konniex inkunu nistgħu nagħmlu dan kieku fis-snin ta’ qabel ma sħaqnix fuq l-importanza tal-finanzi fis-sod.” Bl-inizjattivi li ttieħdu l-Gvern salva 2,500 impjieg u kompla ħoloq ambjent ekonomiku biex jinħolqu aktar opportunajiet ġodda ta’ xogħol għaż-żgħażagħ, għall-ħaddiema, għal min tilef ix-xogħol u għal min ried jidħol f’impjieg ġdid. Tonio Fenech qal li l-kummenti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-inċentivi favur ix-xogħol jagħtu ġieħ lill-ħidma tal-Gvern li poġġa x-xogħol fuq quddiemnett tal-aġenda tiegħu u sostna li x-xogħol, l-edukazzjoni, l-investiment u l-koeżjoni soċjali se jkunu l-prioritajiet tal-Gvern għall-baġit li jmiss.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow