STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET
pr1723
08/10/2009
Art fil-Qasam tad-Djar tax-Xwieki, Għargħur
| It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern tinnota | b’dispjacir li l-Kunsill Lokali Għargħur għaġġel fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-art fil-qasam tad-djar tax-Xwieki, fil-Għargħur. Il-verita’ tal-fatti tagħti stampa ferm differenti minn dik li toħroġ mill-istqarrija għall-istampa ta’ nhar l-Erbgħa 7 ta’ Ottubru 2009. |
| Jirriżulta li l-Kunsill Lokali tal-Għargħur | qatt ma għamel talba lit-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern għas-sit biex tiġi devoluta lilu. |
| Dan is-sit għadda għand il-Kunsill Malti | għall-iSport b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 permezz ta’ Avviż Legali 177/09 datat 9 ta’ Ġunju 2009, wara talba formali li għamel għalih il-KMS fl-2006, sabiex dan jiġi żviluppat għal finijiet sportivi skont il-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta. |
| Tant hu hekk li skont l-istqarrija | tal-Kunsill Lokali Għargħur stess, il-MEPA irrifjutat talba tal-istess Kunsill Lokali biex tiżviluppa dan is-sit fi ġnien. |
| La t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern u anqas is-Segretarjat | Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet m’huma kontra li proprjeta jew bini tkun amministrata minn Kunsilli Lokali għall-ġid tal-pubbliku. Il-Gvern wera aktar minn darba li tassew jemmen f’politika ta’ devoluzzjoni. Tant hu hekk li ġiet stabbilita proċedura flimkien mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex jiffaċilita dan il-proċess. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989