APPROVATI FONDI EWROPEJ GĦAT-TRANSFER STATION TA’ GĦAWDEX
pr1721
08/10/2009
| Approvat ko-finanzjament bir-rata ta’ 85% | minn fondi ewropej għal proġett ta’ transfer station ġewwa Għawdex. Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino waqt li dalgħodu kien qed jindirizza l-konferenza internazzjonali dwar ‘il-kollezzjoni selettiva tal-iskart – l-aqwa prattiċi użati fl-Ewropa’ organizzata mill-Wasteserv u ACR+. |
| Dan il-proġett ser jtejjeb l-immaniġġjar | tal-iskart ġewwa Għawdex għax se jiprovdi faċilita’ sabiex l-iskart iġġenerat ġewwa l-gżira ta’ Għawdex ikun sseparat u stivat temporanjament sakhemm jiġi esportat mingħajr il-bżonn li dan il-process isir ġewwa Sant Antnin. Il-proċċess sabiex l-iskart ikun separat jikkonsisti f’makkinarju li permezz tiegħu l-iskart ikun mgħażul f’erba’ frazzjonijiet li huma; plastik, karta, ħġieġ u metal. Dan il-Proġett qed isir b’investiment ta ‘l fuq minn €8 Miljun. |
| Il-Ministru Pullicino tkellem ukoll dwar it-tibdil | tal-miżati ta’ skart li jidħol fil-landfill. Bil-miżati l-ġodda żdied l-inċentiv li wieħed jirriċikla u jibgħat l-iskart f’impjant ta’ riċiklaġġ u mhux iħalli l-iskart imħallat u jispiċċa jmur kollu fil-landfill. B’din il-miżura l-Kunsilli Lokali qegħdin f’pożizzjoni li jinċentivaw aktar lir-residenti biex jikkoperaw dejjem aktar sabiex il-Kunsill ġaladarba jkun qed jitfa’ aktar skart fl-impjant ta’ riċiklaġġ f’Sant’Antnin ikun qed jibqalu aktar flus li jistgħu jintużaw fi proġetti oħrajn għall-ġid tar-residenti. Sabiex dan l-inċentiv jissaħħaħ, il-Gvern għandu wkoll il-ħsieb li jgħaddi lill-Kunsilli Lokali r-responsabilita’ tal-immaniġjar tal-Bring-in Sites. Il-Ministru Pullicino sostna li dan il-pass se jgħin biex il-Kunsilli Lokali jsaħħu aktar dan is-servizz, jinċentivaw aktar lir-residenti jagħmlu użu tajjeb u aktar frekwenti ta’ dawn il-kontenituri u b’hekk dan iwassal biex il-Kunsilli jiffrankaw aktar fondi. |
| Din il-konferenza għanda l-għan biex | tiddiskuti u taqsam esperjenzi tal-aqwa prattiċi użati madwar l-Ewropa għal-kollezzjoni tal-iskart separat. Din l-inizjattiva qed tittella mill-Wasteserv Malta Ltd flimkien mal-Association of Cities and Regions for Recycling and Sustainable Resource Management (ACR+). |
Stqarrijiet Oħra:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989