Left arrow Go Back

APPROVATI FONDI EWROPEJ GĦAT-TRANSFER STATION TA’ GĦAWDEX

pr1721
Date Icon 08/10/2009
Approvat ko-finanzjament bir-rata ta’ 85%minn fondi ewropej għal proġett ta’ transfer station ġewwa Għawdex. Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino waqt li dalgħodu kien qed jindirizza l-konferenza internazzjonali dwar ‘il-kollezzjoni selettiva tal-iskart – l-aqwa prattiċi użati fl-Ewropa’ organizzata mill-Wasteserv u ACR+.
Dan il-proġett ser jtejjeb l-immaniġġjartal-iskart ġewwa Għawdex għax se jiprovdi faċilita’ sabiex l-iskart iġġenerat ġewwa l-gżira ta’ Għawdex ikun sseparat u stivat temporanjament sakhemm jiġi esportat mingħajr il-bżonn li dan il-process isir ġewwa Sant Antnin. Il-proċċess sabiex l-iskart ikun separat jikkonsisti f’makkinarju li permezz tiegħu l-iskart ikun mgħażul f’erba’ frazzjonijiet li huma; plastik, karta, ħġieġ u metal. Dan il-Proġett qed isir b’investiment ta ‘l fuq minn €8 Miljun.
Il-Ministru Pullicino tkellem ukoll dwar it-tibdiltal-miżati ta’ skart li jidħol fil-landfill. Bil-miżati l-ġodda żdied l-inċentiv li wieħed jirriċikla u jibgħat l-iskart f’impjant ta’ riċiklaġġ u mhux iħalli l-iskart imħallat u jispiċċa jmur kollu fil-landfill. B’din il-miżura l-Kunsilli Lokali qegħdin f’pożizzjoni li jinċentivaw aktar lir-residenti biex jikkoperaw dejjem aktar sabiex il-Kunsill ġaladarba jkun qed jitfa’ aktar skart fl-impjant ta’ riċiklaġġ f’Sant’Antnin ikun qed jibqalu aktar flus li jistgħu jintużaw fi proġetti oħrajn għall-ġid tar-residenti. Sabiex dan l-inċentiv jissaħħaħ, il-Gvern għandu wkoll il-ħsieb li jgħaddi lill-Kunsilli Lokali r-responsabilita’ tal-immaniġjar tal-Bring-in Sites. Il-Ministru Pullicino sostna li dan il-pass se jgħin biex il-Kunsilli Lokali jsaħħu aktar dan is-servizz, jinċentivaw aktar lir-residenti jagħmlu użu tajjeb u aktar frekwenti ta’ dawn il-kontenituri u b’hekk dan iwassal biex il-Kunsilli jiffrankaw aktar fondi.
Din il-konferenza għanda l-għan biextiddiskuti u taqsam esperjenzi tal-aqwa prattiċi użati madwar l-Ewropa għal-kollezzjoni tal-iskart separat. Din l-inizjattiva qed tittella mill-Wasteserv Malta Ltd flimkien mal-Association of Cities and Regions for Recycling and Sustainable Resource Management (ACR+).
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow