L-EWWEL EDIZZJONI TAL-FESTIVAL TA’ MALTA TAT-TFAL
pr1717
08/10/2009
| Għal ftit aktar minn xahar, bejn it-2 ta’ | Novembru u s-6 ta’ Diċembru, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, se jkun qed jippreżenta l-Festival ta’ Malta tat-Tfal. |
| Dan tħabbar mill-Ministru tal-Edukazzjoni | Dolores Cristina waqt konferenza stampa li nżammet fit-Tajra Playschool, l-Università ta’ Malta. Aktar minn 30,000 tifel u tifla huma mistennija jieħdu sehem fid-diversi attivitajiet li se jsiru jew fl-iskejjel tagħhom jew f’postijiet madwar il-Belt Valletta. Matul dan il-festival, il-Belt Valletta trid issir belt li tilqa’ lit-tfal u tkun ħabiba tagħhom. |
| “Ilha l-intenzjoni tiegħi li nixħet | attenzjoni fuq it-tfal mhux biss f’jum wieħed tas-sena iżda ferm aktar, billi din l-attenzjoni tiġi estiża u jinħolqu ħafna opportunitajiet li jgħaqqdu l-edukazzjoni u l-kultura. Il-Ministeru mhux biss jinkludi l-oqsma tal-Edukazzjoni u tal-Kultura, iżda wkoll il-qasam taż-Żgħażagħ u l-isport. Jien kunfidenti li flimkien ħejjejna programm li se jinvolvi lil kull tifel u tifla fil-gżejjer tagħna.” qalet il-Ministru Cristina. |
| Il-Ministru ħeġġet lill-ġenituri u l-għalliema | biex iħajru u jgħinu lit-tfal biex jattendu għal dawn l-attivitajiet. Hi rringrazzjat lil dawk kollha li għenu biex il-Festival ikun suċċess b’mod partikolari lill-President ta’ Malta George Abela li aċċetta li għal ġurnata sħiħa jiftaħ il-Palazz fil-Belt Valletta għat-tfal Maltin u Għawdxin. |
| Mary Ann Cauchi, Direttur Artistiku, tat | dettalji dwar il-kunċett tal-festival. L-iskop hu li tinħoloq sensiela ta’ attivitajiet li jgħaqqdu l-arti u l-edukazzjoni b’mod li t-tfal iħossu ruħhom involuti u stimulati. |
| Kollox hu mfassal biex jilħaq lit-tfal sa | tnax-il sena u lill-ġenituri/gwardjani u edukaturi tagħhom. Huma se jiġu ppreżentati b’sensiela ta’ attivitajiet fi tmiem il-ġimgħa, li jesploraw oqsma varji li jinkludu arti viżiva u snajja’, films, teatru, żfin, mużika, sport, storja u tradizzjonijiet. Dan isir permezz ta’ użu ta’ mezzi differenti li tinkludi workshops interattivi, esperjenzi awdjo-viżivi, rappreżentazzjonijiet artistiċi u ħafna aktar attivitajiet. |
| Jispikkaw fost l-attivitajiet li se jsiru | hemm ir-rappreżentazzjonijiet tal-musical The Gingerbread Man u tal-ballet Swan Lake. The Gingerbread Man se tittella’ minn Curtain Raiser fit-Teatru Manoel nhar l-14 u 15 ta’ Novembru. Il-ballet Swan Lake, se jfakkar l-20 anniversarju tal-Brigitte Gauci Borda School of Ballet, u se ssir nhar il-5 u s-6 ta’ Diċembru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. |
| Il-qofol tal-attivitajiet se jkun nhar it-22 | ta’ Novembru, il-Jum Dinji tat-Tfal, meta l-Palazz tal-President u l-bitħa tiegħu se jkunu miftuħa għal ħames sigħat sħaħ biex fihom jilqgħu għadd ta’ attivitajiet li se jittellgħu minn organizzazzjonijiet pubbliċi, privati u nazzjonali bħal Heritage Malta, l-Iskola tal-Mużika, l-Iskola tal-Arti, is-Soċjetà Maltija tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, iċ-Ċentru tad-Drama, il-Forzi Armati ta’ Malta, it-Taqsima għall-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Kummissarju għat-Tfal, Once Upon A Time, il-Kunsill Malti għall-Isport, il-Junior College Chamber Orchestra, Malta Girl Guides u ċ-Ċentru għall-Kreattività Kavallier ta’ San Ġakbu. Numru ta’ Djar tal-Produzzjoni se jtellgħu siltiet mill-pantomini tal-Milied u musicals li se jkunu qed jippreżentaw fix-xhur ta’ wara. |
| Il-Kummissarju għat-Tfal se żżur numru ta’ | skejjel akkumpanjata mit-trailer ta’ 52 pied ta’ Ġuġinu b’ċelebrazzjoni tal-20 anniversarju mill-addozzjoni tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda, fejn se jitwasslu messaġġi indirizzati lejn it-tfal permezz ta’ forum teatrali u awdjo-viżiv. Il-Festival se jinkludi wkoll żewġ workshops differenti, wieħed mill-artista Awstrijaka Luise Kloss, u l-ieħor mill-artista Finlandiża Arja Nukarinen Callus. Dawn se jinżammu f’postijiet differenti matul numru ta’ weekends. |
| Minn nofs Novembru, se tittella’ wirja ta’ | arti bil-kollaborazzjoni tal-International Ocean Institute, bit-tema ‘Il-Konservazzjoni tal-Oċeani u t-Tibdil fil-Klima’. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru u l-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru, se jinżammu numru ta’ film workshops f’diversi skejjel maħsuba għal tfal bejn l-10 u t-12-il sena. |
| Il-Festival ta’ Malta tat-Tfal qed jiġi | ppreżentat bil-kollaborazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Kreattività u Innovazzjoni, il-President tar-Repubblika, id-Direttorat għall-Kwalità u Standards Edukattivi, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, iċ-Ċentru għall-Kreattività Kavallier ta’ San Ġakbu, Teatru Manoel, Heritage Malta u l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Gwann. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989