Left arrow Go Back

IL-PLAYMOBIL TINVESTI €11-IL MILJUN U TOĦLOQ 80 IMPJIEG ĠDID

pr1714
Date Icon 08/10/2009
B’investiment ġdid ta’ €11-il miljunf’estensjoni ta’ 5,000 metru kwadru tal-fabbrika tagħha f’Malta u l-introduzzjoni ta’ teknoloġija ġdida, il-kumpanija Playmobil (Brandstatter Group) se tkun qed timpjega 80 persuna ġdida fit-tliet snin li ġejjin.
Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomijau Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt żjara li għamel fil-fabbrika tal-Playmobil, dalgħodu f’Ħal Far.
Il-Ministru Fenech esprima s-sodisfazzjontiegħu li l-kumpanija kienet qed tħares ‘l quddiem lil hinn mill-isfidi tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali, u tinvesti f’teknoloġija ogħla biex b’hekk il-produzzjoni timxi lejn valur miżjud għola. Dan għandu jservi ta’ eżempju għall-industrija bbażata f’pajjiżna, għaliex huwa b’dan it-tip ta’ investiment li l-kompetittività tagħna tista’ tkun imħarsa.
Tonio Fenech faħħar il-kontributtal-Playmobil f’Malta li mhux biss tħaddem mat-800 ruħ iżda fuqha jiddependu wkoll mal-15-il kumpanija oħra li jipprovdu xogħol ta’ sub-contracting u li bejniethom jimpjegaw mal-250 persuna oħra.
Helga Ellul, id-Direttur Maniġerjalital-Playmobil spjegat li l-kumpanija Ġermaniża għażlet il-fabbrika ta’ Malta għal-linja ta’ produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità ogħla, inkluż il-laser printing. Hija spjegat li dan kien possibbli għaliex il-kumpanija Ġermaniża rrikonoxxiet il-kapaċitajiet tal-ħaddiema Maltin li huma ħerqana li jitgħallmu u jaddattaw. Hija rringrazzjat ukoll lill-Malta Enterprise tal-kooperazzjoni tagħha tul il-proċess li wassal biex tittieħed id-deċiżjoni fil-kuntest ta’ dan l-investiment.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow