Left arrow Go Back

Esibizzjoni ta’ artisti Ghawdxin fil-Palazz ta’ San Anton

pr1709
Date Icon 07/10/2009
Il-Palazz ta’ San Anton qed jilqa’ x-xogħlijietartistiċi ta’ talenti Għawdxin hekk kif il-bieraħ il-President George Abela inawgura esibizzjoni ta’ tlettax-il-artist Għawdxi bl-iskop li tingħata l-opportunita’ ta’ promozzjoni lit-talenti lokali u fl-istess waqt jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.
L-esibizzjoni saret fuq stedina tal-PresidentGeorge Abela meta waqt ‘Lejliet Lapsi’, f’Mejju li għadda, il-President Abela żar esibizzjoni b’xogħol ta’ artisti Għawdxin u kien f’din l-okkażjoni li stieden lill-artisti Għawdxin biex itellgħu esibizzjoni f’San Anton.
Il-Ministru Giovanna Debono rringrazzjat lill-PresidentAbela ta’ din l-istedina mhux biss għall-opportunita’ unika li qed tingħata lil dawn l-artisti sabiex jesibixxu fil-Palazz ta’ San Anton, iżda wkoll għall-għan nobbli li hemm warajha, dik li tgħin lill-Malta Community Chest Fund. Il-Ministru rreferit għall-preżenza ta’ talent artistiku relattivament qawwi fil-gżira ta’ Għawdex.
Il-President George Abela qal illi din hijabiss waħda minn ħafna inizjattivi ġodda bi skop li jinġabru flus għall-Malta Community Chest Fund, li f’dan il-każ 25 fil-mija tal-qliegħ imur għall-fond. Fost dawn l-attivitajiet ġodda hemm il-kunċert Rockestra li sar ix-xahar li għadda. Il-Malta Community Chest Fund qed taħdem ukoll għall-Istrina u l-attivitajiet marbutin magħha, bħalma huma il-Fun Run mill-Palazz ta’ San Anton sal-Palazz il-Belt Valletta fis-6 ta’ Diċembru, kif ukoll dik tal-Irkant ta’ pitturi u skultura tal-aqwa artisti Maltin u barranin li se ssir nhar il-11 ta’ Diċembru 2009.
Il-President George Abela qal li bosta mix-xogħlijietjirriflettu l-identita’ Għawdxija speċjalment dawk li juru xeni mill-gżira sabiħa ta’ Għawdex, xeni bħalma huma dawk tat-Tieqa tad-Dwejra u dik li nafuha bħala l-Ġebla tal-Ġeneral kif ukoll oħrajn taċ-Ċitadella, Marsalforn u l-Ghasri. Hemm xogħol astratt li jesprimi l-individwalita’ tal-artist kif ukoll numru ta’ skulturi fil-ġebel, fuq l-injam u anke taċ-ċeramika. Kwadru partikolari huwa wieħed replika ta’ xogħol ta’ Caravaggio b’teknika magħrufa bħala “pyrogaphy” fejn l-artist jaħraq l-injam biex joħloq marki varji sabiex fl-aħħar jirriżultaw fi kwadru komplut.
Din hija t-tieni esibizzjoni li qed tittella’fil-Palazz ta’ San Anton u hija wkoll l-ewwel waħda li fiha qed ikunu esibiti pitturi u skulturi varji ta’ artisti Għawdxin. L-artisti li qed jipparteċipaw f’din l-esibizzjoni huma: Anthony Camilleri, Chris Saliba, Denis Mompalao, George Scicluna, John Grima, Justin Falzon, Mario Abela, Mario Agius, Mark Sagona, Paul Falzon, Paul Stellini, Victor Agius u Vince Caruana. L-esibizzjoni qed tittella’ bil-kollaborazzjoni tat-taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow