Left arrow Go Back

Il-Gimgha Nazzjonali taz-Zghazagh se ssir fil-Valletta Waterfront

pr1706
Date Icon 07/10/2009
“Aktar minn sittin attività se jkunu qedjittellgħu fi tmiem din il-ġimgħa fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Nazzjonali taż-Żgħażagħ; okkażjoni oħra biex nesponu l-enerġija u t-talenti taż-żgħażagħ.”
Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li fiha ingħataw id-dettalji tal-programm tal-Ġimgħa Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Din l-attività se tkun qed tittella’ minn għada l-Ħamis 8 t’Ottubru sal-Ħadd 11 t’Ottubru fil-Valletta Waterfront.
Clyde Puli qal li għal din is-sena aktar minn22 organizzazzjoni taż-żgħażagħ se jkunu qed itellgħu ammont t’attivitajiet li jvarjaw minn diskussjoni għal sport, seminars, workshops kif ukoll logħob ieħor ta’ avventura.
B’kollox se jkun hemm total ta’ 10diskussjonijiet, li t-temi tagħhom ivarjaw mill-volontarjat, sehem iż-żgħażagħ fis-soċjetà kif ukoll ir-relazzjoni bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani. Se jkun hemm ukoll kunċerti minn bands stabbiliti fosthom Skimmed, Footprints kif ukoll Airport Impressions. Żona oħra li se tiġbed attenzjoni partikolari se tkun dik tal-Hip Hop u Breakdance li se jagħtu esebizzjonijiet ta’ dan l-isport li qed isir dejjem aktar popolari fost iż-żgħażagħ.
Attività oħra interessanti se tkun dik ta’logħob avventuruż organizzat mill-iscouts. Fost oħrajn se jkun hemm camping kif ukoll bini ta’ pont avventuruż li fuqu se jkunu qed jaħdmu kemm l-iscouts kif ukoll dawk kollha li jkunu jridu esperjenza ta’ din l-avventura.
L-attività se tkun indirizzata wkollgħall-istudenti tal-iskejjel. Aktar minn tliet mitt student se jkunu qed jattendu għal diskussjoni u anke għal xi attivitajiet sportivi li se jsiru fuq medda ta’ jumejn.
Clyde Puli sostna li l-parteċipazzjoni ta’ammont sabiħ ta’ żgħażagħ se tkun qed jirrifletti l-enerġija ta’ din il-ġenerazzjoni. Għaldaqstant hu ħeġġeġ biex iż-żgħażagħ jattendu u jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet li se jkunu qed jiċċelebraw iż-żogħżija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow