Left arrow Go Back

Stqarrija kongunta bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh u Sport u s-Segretarjat Parlamentari ghas-Sahha

pr1702
Date Icon 07/10/2009
Kif kien tħabbar, l-istudenti kollha likellhom il-kwalifiki meħtieġa sal-31 t’Awissu kienu aċċettati biex isegwu l-korsijiet fin-Nursing fl-Universita’ ta’ Malta. Tant hu hekk li filwaqt li oriġinarjament kienu se jiġu aċċettati 140 student għall-korsijiet tal-Baċellerat u d-Diploma fin-Nursing, fil-fatt ġew aċċettati 25 student ieħor biex isegwu dawn iż-żewġ korsijiet. Dan ifisser li waqt li s-sena l-oħra kienu daħlu 90 student, din is-sena akkademika, l-Universita’ ta’ Malta aċċettat 165 student.
B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-kelliemtal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali Michael Farrugia, irid jingħad li s-Segretarjat Parlamentari tas-Saħħa ħa l-inizjattiva li jagħmel kampanja li tħajjar aktar studenti lejn il-professjoni tan-Nursing. Din il-kampanija tant kienet ta’ suċċess li din is-sena kien hemm 75 student iktar li se jsegwu l-kors tan-nursing fuq is-sena l-oħra. Dan juri l-impenn tal-Gvern li qed jipprova jattira aktar żgħażagħ lejn karriera fis-settur tas-saħħa.
Kif tħabbar mill-Gvern u mill-Universita’ ta’Malta, l-istudenti li joqogħdu għar-resits u għaddew, ingħataw career guidance biex ikunu jistgħu jagħżlu korsijiet fis-settur tas-saħħa.
Din is-sena, l-Institute of Health Careaċċetta numru akbar ta’ studenti fil-korsijiet li qed jiġu pprovduti fis-settur tas-saħħa. In-numru ta’ studenti ġodda għas-sena akkademika hija ta’ 336 f’korsijiet differenti bħal nursing, occupational therapists, midwifery, physiotherapists, etc.
L-istudenti li applikaw għad-Diplomafin-Nursing u m’għandhomx il-livell meħtieġ ta’ sitt eżamijiet fil-livell ordinarju se jsirilhom, aktar tard dan ix-xahar, il-proficiency test biex jiġi determinat jekk jistgħux isegwu l-kors tad-diploma fin-nursing jew korsijiet oħra fil-qasam tas-saħħa.
Sadanittant il-Gvern u l-Universita’ qegħdinf’taħditiet kontinwi biex jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex iżidu n-numru ta’ postijiet ta’ studenti mhux biss fin-Nursing imma wkoll fil-professjonijiet kollha tal-qasam tas-saħħa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow