Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

pr1700
Date Icon 06/10/2009
Iċ-Ċentru Malti Għall-Kwalifikijipproċessa 4,000 talba minn Studenti Maltin
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport jerġa’ jikkundanna bil-qawwa kollha il-kampanja bla bażi tal-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Evarist Bartolo, li għal gwadann politiku qed ikomplu jmexxi kampanja qarrieqa ta’ misinformazzjoni u jagħmel akkużi bla bażi kontra l-Ministru tal-Edukazzjoni.
Kuntrarjament għal dak li qed jallega EvaristBartolo, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, permezz tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki, qed jagħmel kampanji sħaħ ta’ informazzjoni fuq il-mezzi tax-xandir u l-gazzetti u ppubblika wkoll fuljett dwar is-servizzi li jagħti fejn jidħol ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-bżonn li kull student li jkun se jagħmel korsijiet offruti minn universitajiet barranin jew se jmur jagħmel xi kors barra l-pajjiż, jivverifika maċ-Ċentru dwar l-istituzzjonijiet edukattivi u l-kwalifiki mogħtija minnhom.
Din il-kampanja tant hi waħda intensiva li ċ-ĊentruMalti għall-Kwalifiki f’dawn l-aħħar xhur irċieva u pproċessa mhux anqas minn 4,000 talba minn studenti Maltin li staqsew dwar universitajiet barranin jew korsijiet offruti minnhom u l-kwalifiki li jagħtu.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u d-Direttoratgħall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni flimkien mal-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Edukazzjoni Ogħla, ħejjew abbozz ta’ liġi ġdid dwar l-Edukazzjoni li fost affarijiet oħra se jkun fiha provvedimenti li jirregolaw it-tagħlim li jingħata minn kumpaniji privati billi joħloq strutturi li joħorġu l-liċenzji meħtieġa u jassiguraw il-kwalita’ tat-tagħlim. F’dan ir-rigward Malta qed timxi fuq linji adottati mill-Unjoni Ewropea.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jiċħadkategorikament l-akkuża ta’ Evarist Bartolo li qed iħalli abbużi u frodi edukattivi. Il-Ministeru jaf x’inhuma l-obbligi tiegħu u jimxi magħhom fl-aħjar interess tal-istudenti Maltin.
Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjonili hu responsabbli mill-ħruġ tal-liċenzji għal istituzzjonijiet edukattivi mhux governattivi, jiċħad ukoll kategorikament li illiċenzja xi post għat-tagħlim li ma għandux il-permessi meħtieġa mill-MEPA.
Il-Ministeru jixtieq jassigura lill-istudentikollha u lill-pubbliku in ġenerali li hu impenjat li jassigura l-aqwa livelli fl-edukazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow