Left arrow Go Back

ID-DIRETTIVA DWAR IS-SERVIZZI U L-ATT DWAR IN-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR FUQ L-AĠENDA TAL-MEUSAC

pr1699
Date Icon 06/10/2009

Fil-laqgħa tal-Core Group tal-MEUSAC li saret fis-6 ta’ Ottubru, saru diskussjonijiet dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar is-Servizzi u l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa.

Id-Direttiva dwar is-Servizzi

L-għan tad-Direttiva dwar is-Servizzi(2006/123/KE) huwa li tagħmel progress lejn Suq Intern ġenwin fis-Servizzi, sabiex, fl-akbar settur tal-ekonomija Ewropea, kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li jippreżenta.
Id-Direttiva taħseb biex fl-Istati Membrikollha, jiġi ffaċilitat il-proċess li bih intrapriża tkun tista’ tipprovdi s-servizzi tagħha fi Stat Membru ieħor. Tapplika għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ servizzi. Minbarra li tirrikjedi lill-Istati Membri jieħdu miżuri leġiżlattivi konkreti, id-Direttiva titlobhom jimplimentaw varjetà ta’ miżuri prattiċi bħal punt wieħed ta’ kuntatt għall-fornituri tas-servizzi, proċeduri elettroniċi u kooperazzjoni amministrattiva. Tintroduċi wkoll mezzi innovattivi, bħar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-proċess ta’ evalwazzjoni reċiproka.
Id-Direttiva ġiet adottata fit-12 ta’Diċembru 2006 u jkollha tiġi implimentata mill-Istati Membri tliet snin wara l-pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2009. F’Malta l-proċess għall-implimentazzjoni tad-Direttiva beda f’dawn l-aħħar snin u qed jitmexxa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment. Fit-2 ta’ Ottubru ġie ppublikat Abbozz ta’ Liġi biex jistabilixxi disposizzjonijiet ġenerali li jiffaċilitaw it-tħaddim tal-libertà ta’ stabbiliment għal provdituri ta’ servizzi u l-libertà ta’ servizzi fis-suq intern u biex jimplimenta d-Direttiva 2006/123/KE.
B’mod ġenerali l-Membri tal-Core Group, qabluli l-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi se toħloq diversi opportunitajiet għall-intrapriża. Huma qajmu diversi punti, fosthom li:
 is-setturi kkonċernati għandhom jkunuinfurmati dwar l-implimentazzjoni u għandhom ikunu involuti fil-proċess ta’ diskussjoni, partikolarment dwar kif se jintlaqtu bit-tibdiliet fil-liġijiet li jridu jsiru minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva;  l-introduzzjoni ta’ ecommerce għall-intrapiżi hija inizjattiva pożittiva;  għandu jiġi evitat li persuni jew intrapriżi b’kundizzjonijiet inferjuri ta’ xogħol minn dawk li ngawdu f’Malta jistabilixxu s-servizzi tagħhom f’pajjiżna b’mod temporanju;  l-ambaxxati jistgħu jintużaw biex jgħinu lill-intrapriżi jistabilixxu s-servizzi tagħhom barra minn xtutna;  titħares il-kompetittività tal-intrapriżi Maltin vis-a-vis intrapriżi barranin li jistabilixxu ruħhom f’Malta;  għandhom jiġu indirizzati aħjar dawk li huma bla xogħol jew dawk li huma mhedda li jispiċċaw bla xogħol minħabba nuqqas ta’ ħiliet;  l-istess regoli japplikaw għall-professjonisti Maltin u dawk minn Stati Membri oħra tal-UE.

L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar

L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa,addottat fl-2008, jaħseb biex għall-ewwel darba ikun stabbilit qafas ta’ politika komprensiva għall-UE u għall-Istati Membri tagħha permezz ta’:
• sett ta’ 10 prinċipji biex ikunu ggwidatil-kunċett u l-implimentazzjoni tal-politiki kemm fuq il-livell ta’ l-UE kif ukoll fuq il-livell ta’ l-Istati Membri. Dawn il-prinċipji huma essenzjali sabiex jinġieb valur miżjud fuq il-livell tal-UE, jinħolqu l-istess kundizzjonijiet għall-SMEs kollha u jittejjeb l-ambjent legali u amministrattiv ma’ l-UE kollha; • sett ta’ proposti leġiżlattivi ġodda li jkunu ggwidati mill-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”; • sett ta’ miżuri ta’ politika ġodda li jimplimentaw dawn l-10 prinċipji skont il-ħtiġiet tal-SMEs kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell ta’ l-Istati Membri.
Il-Membri tal-Core Group qalu li għandu jkunhemm aktar flessibilità mis-Settur Pubbliku vis-a-vis is-servizzi li joffri għall-intrapriżi, kif ukoll li jsiru l-ħlasijiet dovuti lis-settur privat minn awtoritajiet tal-Gvern, fosthom mill-iskemi bħal ma’ huma l-Employment Aid Programme u t-Training Aid Framework biex ma jintilfux fondi tal-UE. Issemma wkoll l-introduzzjoni ta’ skemi li jiffaċilitaw id-dħul tan-nisa fis-suq tax-xogħol.
Il-preżentazzjoni dwar l-implimentazzjonitad-Direttiva tas-Servizzi u dik dwar l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa saret mis-Sur Anton Spiteri mid-Direttorat għall-Politika dwar l-Intrapriżi fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Preżenti għal-laqgħa tal-Core Group, likienet ppreseduta mis-Segretarju Parlamentari Dott. Chris Said kien hemm: Dott. Vanni Xuereb (Kap tal-MEUSAC), is-Sur Julian Micallef (Segretarju), is-Sinjorina Graziella Pullicino (A/Kap, Segretarjat UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru), is-Sur Carmel Cacopardo (Alternattiva Demokratika), is-Sur Tonio Mercieca (Azzjoni Nazzjonali), is-Sur Arthur Rossi (CMTU), is-Sur Vince Farrugia (GRTU), is-Sur Kevin Borg u l-Inġ. Ray Muscat (MCCEI), Dott. Paul De Battista (Malta Employers’ Association), is-Sur Jesmond Bonello (UĦM), is-Sinjura Grace Attard, is-Sur Benjamin Rizzo u s-Sur Julian Zarb (rappreżentanti tas-soċjetà ċivili), kif ukoll sostituti u membri tal-istaff tal-MEUSAC.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow