Left arrow Mur Lura

SKEMI ĠODDA MILL-AWTORITÀ TAD-DJAR

pr1694
Date Icon 06/10/2009
L-Awtorita’ tad-Djar nidiet skemi ġoddasabiex jieħdu post l-iskemi li kienet toffri l-istess Awtorita’. L-għan tal-Awtorita’ huwa li kull skema tkun means tested biex tiżgura li l-għajnuna tmur għand dawk li verament għadhom bżonn u mhux lil min qiegħed f’pożizzjoni li jista’ jħallas għal manutenzjoni tal-post. Il-metodu ta’ kif jinħadem il-means testing ġie rranġat ukoll biex tingħata għajnuna lil min għandu diffikulta’ finanzjarja biex irendi l-post iktar diċenti.
L-Awtorita’ stabbiliet massimu fuq kullgħotja li tingħata, u dan il-massimu hu bbażat fuq għajnuna li ngħatat matul dawn l-aħħar għaxar snin. Min għandu dħul baxx ser jingħata għotja ta’ 100% fuq ix-xogħlijiet filwaqt li s-sussidju jonqos iktar ma jogħla d-dħul.
Saru wkoll tibdiliet fl-iskemi biexjirriflettu t-tibdil li sar fil-liġi tal-kera li għadha kif għaddiet. L-Awtorita’ nidiet skemi li jkopru xogħlijiet ta’ struttura sabiex jitneħħa perikolu f’postijiet tal-Gvern u biex jgħinu lil sidien li ma jkunux jistgħu jħallsu biex jagħmlu xogħlijiet strutturali fi proprjeta’ mikrija skont l-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-kera. L-Awtorita’ ser toffri assistenza għal xogħlijiet ta’ rranġar u titjib f’postijiet tal-Gvern, fil-privat kif ukoll għal sidien sabiex ngħollu l-kwalita’ ta’ housing f’Malta. L-iskema tas-sussidju fuq il-kera qiegħda tiġi riveduta wkoll sabiex tilħaq l-għanijiet tal-liġi tal-kera kif ukoll biex tgħin iktar lil dawk li verament jixirqilhom.
Skemi oħra joffru assistenza sabiex tiġimsaħħa l-aċċessibilita’ għall-persuni b’diżabilita’ u anzjani li għandhom problemi ta’ mobilita’. Skemi oħra huma relatati ma’ xogħlijiet fil-partijiet komuni ta’ postijiet tal-Gvern u l-installazjoni ta’ lifts fi blokki tal-Gvern.
L-iskemi l-ġodda huma l-iskemi ‘A S.M.I.L.E.’fejn kull ittra tirrelata mal-isem tal-iskema.
Taħt Skema A, l-Awtorita’ tagħti sussidju fuqxogħlijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi privati okkupati minn sidien u f’residenzi mikrija lill-inkwilini. F’każ ta’ sidien li qegħdin jgħixu fid-dar li fuqha qed tintalab l-għajnuna, jingħataw sussidju fuq xogħlijiet ta’ rranġar u titjib filwaqt li fil-każ ta’ sidien ta’ residenzi mikrija lill-inkwilini, għajnuna tingħata biss għal xogħlijiet strutturali sabiex jitneħħa perikolu skont l-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-kera l-ġdida.
Skema SM ġiet imnedija sabiex l-Awtorita’tad-Djar tagħmel ix-xogħlijiet neċessarji relatata mal-istruttura biex jiġi eliminat kull perikolu fl-istruttura. Din l-iskema hija bbażata fuq il-miżuri msemmija taħt il-liġi tal-kera l-ġdida fejn il-kera li l-inkwilini jkunu qed iħallsu tiġi miżjuda b’sitta fil-mija tal-valur tax-xogħlijiet magħmula/mħallsa mill-Awtorita’ tad-Djar.
Skema I tkopri sussidju fuq xogħlijiet ta'irranġar fi djar privati u fi proprjeta’ tal-Gvern okkupata, it-tnejn okkupati minn inkwilini. Din l-iskema tapplika biss għal fondi mibnija fi jew qabel l-1995 u għal kull sena ‘il quddiem mis-sena 2009, l-eliġibilita’ tiżdied b’sena. Din l-iskema tapplika għal xogħlijiet ta’ rranġar u titjib li jaqgħu taħt l-obbligi tal-inkwilini kif imsemmi fil-liġi tal-kera li għadha kif ġiet approvata sabiex il-post jinżamm fi stat tajjeb.
Permezz ta’ Skema L, l-Awtorita’ ser tkomplitgħin lil persuni b’diżabilita’ sabiex dawn ikunu jistgħu jaddattaw id-dar tagħhom għall-bżonnijiet tagħhom li jippermettulhom jgħixu b’mod indipendenti jew semi indipendenti qrib il-familjari tagħhom. Għajnuna taħt din l-iskema tingħata għall-installar ta’ lift jew stair lift u alterazzjonijiet fil-post skont il-bżonn tal-applikant.
Taħt Skema E, l-Awtorita’ tad-Djar tilqa’applikazzjonijiet għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki/entraturi ta’ appartamenti li huma proprjeta’ tal-Gvern jew tal-Awtorita’ tad-Djar. Taħt din l-iskema l-Awtorita’ qed tisħaq l-importanza tal-Assoċjazzjoni tar-Residenti li hija essenzjali sabiex residenti fi blokki tal-Gvern jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema. L-installar tal-lifts mill-Awtorita’ tad-Djar taħt din l-iskema jsir skont programm li jiġi stabbilit fuq bażi ta’ prijorita’.
Ta’ kull sena, l-għajnuna li l-Awtorita’tagħti f’sussidji tilħaq id-disa’ miljun ewro.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

Aktar Stqarrijiet Right arrow