INFORMAZZJONI MILL-ISPETTORAT TAS-SAĦĦA SKOND L-ATT DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL
pr1692
06/10/2009
| Skond l-Artiklu 7 tar-Regolamenti KE 882 | tal-2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 t’April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali, id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Diviżjoni Regolatorja għas-Saħħa Pubblika, qiegħed iniedi perjodikament servizz ta’ informazzjoni. Dan is-servizz jikkonċerna azzjonijiet li jkunu ttieħdu u ġew infurzati mill-Ispettorat tas-Saħħa skond l-Att dwar is-Sigurta’ fl-Ikel. |
| Għandu jkun iċċarat li dawn l-azzjonijiet | jistgħu jvarjaw. F’każijiet ta’ ordnijet ta’ projbizzjoni t’emerġenza, fejn post ikun ser jingħalaq, id-dettalji ta’ dan il-post ser jiġu mgħoddija lill-istampa, filwaqt li fil-każ ta’ ċitazzjonijiet u ordnijiet ta’ kontroll, din l-informazzjoni tingħata biss meta l-persuna tittella’ l-qorti. |
| Matul ix-xahar ta’ Settembru, seba’ operaturi | tal-ikel instabu li kienu qegħdin jiksru l-liġi tas-sigurta’ fl-ikel u dawn ser ikunu akkużati skond in-nuqqasijiet li nstabu. Dawn il-persuni jinkludu żewġ bejjiegħa mill-monti tal-Mosta, żewġ bejjiegħa bl-imnut f’Marsaskala u l-Furjana u persuna li ssuq trakk f’Marsaskala talli żammew jew ippermettew li ħalib jinżamm f’temperaturi mhux kesħin, ristorant ġol-Belt Valletta talli ma’ ġietx żgurata t-traċċabilita’ u bejjiegħ bl-imnut ġol-Fgura wara lment rigward preżenza ta’ riskju fiżiku ġo l-ikel. |
| Matul dan l-istess perjodu, ġew iffirmati | dsatax-il garanzija bejn is-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa u operaturi tal-ikel. In-nuqqasijiet prinċipali kienu jinkludu difetti strutturali, nuqqas ta’ iġjene, irregolaritajiet fl-ittikkettjar u nuqqas ta’ taħriġ fl-iġjene tal-ikel. |
| Ammont ta’ ikel ġie distrutt għal raġunijiet | li jvarjaw minn ikel skadut (‘il fuq minn 200 kilo) li ġew issiġillati għand bejjiegħ bil-grossa fil-Marsa. ‘Il fuq minn 100 kilo ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib li ma kinux maħżuna f’temperaturi adekwati ġew issiġillati f’żewġ postijiet f’Ħal Qormi u l-Furjana. Ġew distrutti madwar 29 kilo ta’ affarijiet oħra għal raġunijiet varji, minn ħwienet differenti. |
| Matul Settembru, żewġ ordnijiet ta’ kontroll | ta’ emerġenza u tliet ordnijiet ta’ projbizzjoni ta’ emerġenza nħarġu minħabba riskju imminenti għas-saħħa pubblika. Tnejn mill-ordnijiet ta’ projbizzjoni ġew maħruġa kontra żewġ postijiet ta’ Freddie Store, Telgħet Spencer, Marsa u l-oħra kontra Pastizzerija numru 33, Triq ta’ Ċieda, San Ġwann. |
Id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali jieħu din l-opportunità sabiex ifakkar lill- pubbliku li jista’ jikkuntattja lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 21337333, permezz tal-email complaints.ph@gov.mt jew billi jmur personalment fl-uffiċċju li jinsab f’37/39, Rue d’Argens, Msida.
Other Press Releases:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989