Left arrow Go Back

Iċċelebrat Jum il-Ħarsien tal-Annimali

pr1687
Date Icon 04/10/2009
Kull 4 ta’ Ottubrutiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Franġisk patrun ukoll tal-annimali. Għalhekk tiġi ċċelebrata wkoll ġurnata ddedikata għal ħarsien tal-annimali. Sabiex jitfakkar dan il-jum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino dalgħodu indirzza konerenza stampa fil-prezenza tad- Direttorat ġdid fil-Ministeru speċjalizzat dwar it-trattament xieraq  u l-protezzjoni ta’ l-annimali kif ukoll tal-Guide Dogs Foundation.
Membri tal-GuideDogs Foundation tkellmu dwar kemm sabu l-klieb importanti u essenzjali f’ħajjithom tant li ddeskrivew lill kelb tagħhom bħala dak li tahom lura ħajjithom. Il-Membri tal-Guide Dogs Foundation filwaqt l irringrazzjaw lill-Gvern tal-kollaborazzjoni tiegħu mal-fundazzjoni appellaw lill pubbliku sabiex meta jaraw lill-dawn il-klieb ma jieqfux imelsuhom kif ukoll sabiex jekk waqt is-sewqan jintlemaħ għadejj kelb li jkun qed jidderieġi lil sidu, is-sewwieqa jsuqu bilmod. Huma wkoll irringrazzjaw lill-pubbliku tal-koperazzjoni tagħhom.
Intant il-Ministrugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino filwaqt li rringrazzja lill-membri tal- Guide Dogs Foundation sostna li l-annimali f’dal każ il-klieb mhux biss huma ħbieb tan-nies iżda wkoll kapaċi jkunu tas-servizz għal-istess bniedem. Il-Ministru Pullicino żied jgħid li l-okkażjoni ta’ dalgħodu isservi ta’ eżempju tajjeb ta’ kemm il-klieb kapaċi jbiddlu verament il-ħajja tan-nies filwaqt li kkundanna kull atta ta’ vjolenza li jsir minn xi wħud fuq l-annimali. Il-Ministru Pullicino fl-indirizz tiegħu qal li qatt daqs l-aħħar xhur dan is-settur ma ngħata daqstant importanza u għarfien.  Huwa rrifera għal fatt li s-sena l-oħra twaqqaf Dirrettorat ġdid għal-ħarsien tal-annimali li fl-ewwel sena tiegħu salva ‘l fuq minn 700 kelb abbandunat mit-toroq.
Biex ikunikkontrollat it-tixrid ta’ aktar annimali fit-triq bl-abbuzi kollha li dan iġib miegħu, matul dawn l-aħħar xhur kemm ilu mwaqqaf wettaq programm fejn ġew neutered  ‘l fuq minn 2000 kelb u qattus. Il-Gvern jipprovdi l-fondi għall-operazzjonijiet kollha kif ukoll għall-aftercare, jiġifieri jħallas sabiex l-annimali jkunu jistgħu jfiqu u jinzammu għall-kura sakemm jirkupraw mill-operazzjoni. Id-direttorat għandu wkoll  kuntatt kontinwu u jikkolabora ħafna mal-pulizija tal-A.L.E. li spiss ikun hemm bzonn ta’ l-għajnuna tagħhom f’kazijiet fejn isiru rapporti ta’ moħqrija ta’ l-annimali speċjalment f’residenzi privati.
Żvillup importantili seħħ din is-sena kien it-twaqqif ta’ servizz ta’ ambulanza għall- annimali

24 siegħa kuljum. Minn meta nbeda dan is-servizz minn Gunju sa ftit tal-jiem ilu kien hemm ‘l fuq minn 2000 każ fejn din l-ambulanza ġiet mgħajta. Dan is-servizz jitħaddem b’kollaborazzjoni sħiħa mal-NGO’s.  

Il-Ministru Pullicino qal li proġett ieħor importanti huwa l-bini ta’ l-Animal Welfare Centre li għaddej bħalissa f’Ta’ Qali. L-iskop ta’ dan il-bini huwa li l-annimali tat-triq li jkollhom bżonn kura medika jkunu jistgħu jġu kkurati u wara jkunu jistgħu jittieħdu f’dan iċ-ċentru. Huwa attenda wkoll ghall-festivitajiet organizzati mill-SPCA fl-okkazjoni tallum fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. Il-Ministru Pullicino rringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment għal-protezzjoni ta’ l-annimali kif ukoll lill-għaqdiet non governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-annimali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow