Stqarrija tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern
pr1685
04/10/2009
Ir-rapporti ta’ reati kriminali naqsu b’aktar minn erbat elef fl-aħħar tliet snin
| In-numru ta’ rapporti ta’ reati | kriminali li naqas b’4,658 bejn is-sena 2005 u s-sena 2008, jiġifieri tnaqqis ta’ 25.2% fir-rata ta’ kriminalità rappurtata tul l-istess żmien. |
| Statistika miġbura | għall-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u preżentata fil-Parlament, turi li fis-sena 2004 kienu daħlu 18,461 rapport għand il-Pulizija. Fis-sena 2008, dawn ir-rapporti kienu jlaħħqu it-13,803. |
| L-akbar tnaqqis jirriżulta li | seħħ fir-rapporti dwar serq u ħsara fuq propjetà. I-Ir-rapporti ta’ serq biss naqsu b’aktar minn 3,000 fil-perijodu imsemmi. Fl-istess żmien ġiet irreġistrata żieda marġinali fir-rapporti relatati ma’ frodi u droġa, fost oħrajn. |
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u | l-Intern jqis dan ir-riżultat bħala wieħed pożittiv speċjalment meta dan jitqabbel ma’ statistika simili ta’pajjiżi u bliet oħra fl-Unjoni Ewropea, u huwa wieħed li jgħamel ġieħ lill-uffiċċjali tal-Pulizija Maltin. |
| Il-Gvern ser jibqa impenjat li | jsostni l-Korp tal-Pulizija fil-ħidma tiegħu, kemm billi jgħatih l-għodda legali u materjali sabiex jiġġieled il-kriminalità, kif ukoll billi jsaħħaħ ir-riżorsi umani fi ħdan il-Korp. Dwar dan, ta’ min ifakkar li mal-mitt rekluta ġdida ser tibda bit-taħriġ tagħha fl-Akkademja tal-Pulizija nhar l-Erbgħa, 7 t’Ottubru. |
| Il-Gvern, filwaqt li jħeġġeġ | lill-Pulizija sabiex jibqgħu għaddejjin bil-ħidma sfiqa tagħhom bl-istess ritmu tal-aħħar snin, jħeġġeġ ukoll lill-pubbliku biex ikompli jgħati kontribut importanti tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalità billi jgħaddi l-informazzjoni li jkollu dwar reati kriminali lill-forzi tal-ordni. |
Other Press Releases:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989