KJARIFIKA DWAR IL-KUMMISSJONI AD HOC MAĦTURA SABIEX TIRREVEDI POLICIES TAL-MEPA
pr1683
03/10/2009
| Bi kjarifika għal | rapporti li dehru fil-midja dwar it-twaqqif ta' Kummissjoni ad hoc biex tirrevedi l-policies tal-ippjannar fil-MEPA, il-Gvern jixtieq jiċċara li din il-Kummissjoni mhux se tkun qed tirrevedi l-Pjan ta' Struttura u l-Pjanijiet Lokali. |
| Din il-Kummissjoni li | tħabbret li twaqqfet ilbieraħ se tirrevedi dawk il-policies u linji gwida bażiċi li l-Awtorità tuża kuljum meta tevalwa u tipproċessa l-applikazzjonijiet ta’żvilupp. |
| Fir-rigward tar-reviżjoni | għal policies ta’ ODZ, dan il-proċess sa jsir mill-MEPA wara li tkun ingħatat direzzjoni strateġika u linji gwida mit-Taqsima għall-Iżvilupp Strateġiku (Strategic Development Unit), li se titwaqqaf fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Għal din ir-reviżjoni se jkun hemm ukoll proċess apposta ta’ konsultazzjoni separata. |
Other Press Releases:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989