Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1679
Date Icon 03/10/2009
STQARRIJA MILL-AGENZIJA TAL-PAGAMENTIFIL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
B’referenza għal kummenti lidehru f’sezzjonijiet tal-istampa l-Aġenżija tal-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali tikkjarifika li ma hemm l-ebda diskriminazzjoni fl-għażla ta’ min hu ntitolata sabiex jibbenifika mill-għoti ta’ prodotti tal-ikel lil min hu fil-bżonn. Il-kriterji għad-distribuzzjoni tal-ikel għal min hu l-aktar fil-bżonn ilhom jiġu ntużati sa mill-2005 jiġifieri minn meta bdiet tiġi mplimentata din l-iskema. Il-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea intużati jintitolaw lill;
1) Persuni li jaqgħu taħtil-livell tal-għixien bażiku;
2)Persuni li joqgħoduf’istituzjonijiet non governattivi bħal orfanatrofji u;
3) Persuni li jirrikjedul-assistenza soċjali.
Dawn il-kriterji ilhom jintużawtajjeb għal dawn l-aħħar snin u dan jista’ jiġi kkonfermat mill-Uffiċċji Parrokjali u l-Għaqdiet Non Governattivi li jaħdmu u jikkoperaw flimkien mal-YMCA sabiex issir id-distribuzzjoni tal-ikel lill-benificcjarji. Dawn il-kriterji jgħinu sabiex jitqassam l-ikel bl-aktar mod ġust lill kull min hu intitolat għalihom. Meta l-istocks ikunu limitati il-kriterji użati jkunu f’din l-ordni;
1)Persuni fil-pusses ta’ ċertifikat tas-sigurta’ soċjali;
2)Orfanatrofji u;
3)Istituzjonijiet oħrajn li jieħdu ħsieb lil dawk l-aktar fil-bżonn.
L-Awtorita’ kompetenti kienet uhija wkoll dejjem lesta li tikkonsidra każijiet ta’ persuni jew familji li jersqu quddiema sabiex jibbenifikaw mill-iskema anki jekk ma jaqgħux taħt dawn il-kriterji. Dan kollu juri kemm f’din l-iskema ma teżisti l-ebda diskriminazzjoni ta’ razza, sess jew nazzjonalita’.  L-Aġenzija tal-Pagamenti tiċċara wkoll il-fatt li hi dejjem inkoraġġiet entitajiet Parrokjali kif ukoll Għaqdiet Non Governattivi sabiex jipparteċipaw biex b’hekk jibbenifikaw kemm jista’ jkun nies fil-bżonn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow