Left arrow Go Back

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern jiltaqa’ mal-Ambaxxatur Ġdid tal-Istati Uniti

pr1676
Date Icon 02/10/2009

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, illum wara nofsinhar laqa’ għandu l-Eċċellenza Tiegħu Prof. Douglas Kmiec waqt żjara ta’ kortesija li dan tal-aħħar għamel lill-Ministru fil-Berġa ta’ Aragona, fil-bidu tat-terminu tiegħu bħala l-Ambaxxatur ġdid tal-Istati Uniti tal-Amerika.

It-tema dominanti waqt din iż-żjara kienetl-immigrazzjoni illegali u r-rwol ta’ appoġġ importanti li l-Istati Uniti tal-Amerika qed tieħu fil-konfront ta’ pajjiżna, speċjalment billi taċċetta immigranti li jingħataw status ta’ refuġjat jew protezzjoni sussidjarja minn Malta.
Il-Ministru Mifsud Bonnici u l-Ambaxxatur Kmieciddiskutew l-iżvilupp reċenti f’dan il-qasam, fosthom it-tisħiħ tal-operazzjoni fl-uffiċċju tal-UNHCR f’Malta. Dan qed iwassal biex jitħaffef konsiderevolment il-proċess ta’ screening li huwa meħtieġ biex persuni li jingħataw status ta’ protezzjoni minn Malta jkunu jistgħu jiġu rilokati lejn l-Istati Uniti. Ta’ min isemmi li r-rilokazzjoni ta’ 37 immigrant lejn l-Istati Uniti tul Settembru kien possibbli għax l-iscreening qed isir b’aktar ħeffa. Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern awgura li dan il-proċess jibqa għaddej bl-istess ritmu fil-futur.
Il-Ministru Carm Mifsud Bonnici weral-apprezzament tiegħu għall-ħidma kbira li qed issir mill-Istati Uniti li wasslet biex jiġu rilokati 340 immigrant minn Malta lejn l-Amerika. Huwa saħaq li dan is-suċċess inkiseb ukoll għax ġiet iffurmata sinerġija importanti bejn uffiċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u l-uffiċjali tal-Ambaxxata.
Il-Ministru temm billi rringrazzjalill-Ambaxxatur Kmiec talli pajjiżu aċċetta r-rappreżentazzjonijiet li għamlet Malta dwar il-pressjonijiet li kienet qed tiffaċċja minħabba l-immigrazzjoni illegali u talli qed toffri triq umanitarja għal dawn l-immigranti li qed jingħataw protezzjoni f’Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow