Left arrow Go Back

AVVIŻ PRELIMINARI DWAR IS-SEBA’ SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-PROGRAMM OPERATTIV I, FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)

pr1675
Date Icon 02/10/2009
It-total indikattiv tal-allokazzjonifinanzjarja huwa ta’ €24 miljun
L-Awtorita’ ta’ Ġestjoni f’Maltagħall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li dalwaqt ser tniedi sejħa ġdida għal proposti ta’ proġetti li ser ikunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. Applikanti eleġibbli ser ikunu mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqaw taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittivita’ għall-Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’.
Is-settur taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 li serikun miftuħ għal din is-sejħa huwa:
• L-ENERĠIJA – sejħa ristrettagħall-azzjonijiet li jtejbu l-kwalita’ tal-arja permezz ta’ interventi biex jonqos l-inkwinament tal-ambjent ikkawżat minn impjant li jiġġenera l-elettriku. Il-proposti li ser jintbagħtu taħt din is-sejħa, li ser tiftaħ ma ddumx, għandhom jimmiraw li jnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku. It-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: €24 miljun ta’ spiża totali eliġibbli u li f’kwalinkwe każ ma jaqbisx il-€25 miljun fi spiża TOTALI (jiġifieri eliġibbli u mhux eliġibbli). Is-sejħa qed tkun ristretta sabiex tilħaq dawk l-oġġettivi u l-miri taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 li s’issa kienu għadhom ma ġewx indirizzati.
Din is-sejħa mhux miftuħa għall-proposti lijindirizzaw l-Enerġija minn Sorsi li Jiġġeddu u l-Effiċjenza tal-Enerġija (avviż preliminari ieħor li jindirizza l-Enerġija minn Sorsi li Jiġġeddu u l-Effiċjenza tal-Enerġija ser joħroġ aktar ‘il quddiem).

Applikanti prospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa. It-tnedija tas-sejħa nnfisha ser tiġi ppubblikata fil-ġimgħat li ġejjin permezz ta’ stqarrija għall-istampa u fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt/calls_all  Il-formoli tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata mas-sejħa ser ikunu aċċessibbli fuq dan l-istess sit. Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt. 

Dan l-avviż preliminari qed jingħata sabiex applikanti prospettivi jkollhom żmien addizzjonali għat-tħejjija tal-proġetti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow