IMNEDIJA L-ISKEMA TA’ INIZJATTIVI SPORTIVI GĦALL-KUNSILLI LOKALI
pr1569
22/09/2009
| Il-Kunsilli Lokali huma mħeġġa biex jagħtu | s-sehem tagħhom biex iwessgħu l-parteċipazzjoni sportiva fost il-komunitajiet tagħhom. Għal dan il-għan qed jerġa’ jitwaqqaf fond b’allokazzjoni massima ta’ €120,000. |
| Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet | indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, li fiha kienet mnedija t-tieni edizzjoni tal-iskema “Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali”. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Clyde Puli qal li l-iskema għas-sena d-dieħla qed titnieda wara rispons tajjeb għall-ewwel skema mnedija aktar kmieni din is-sena. Hu qal li 24 Kunsill Lokali kienu applikaw biex sal-aħħar ta’ din is-sena jittellgħu 84 attività sportiva differenti. B’kollox hu kkalkulat li madwar 4,500 persuna se jkunu bbenefikaw minn din l-ewwel skema. |
| Clyde Puli semma kif l-iskema għall-2010, se | jkollha enfażi fuq l-attivitajiet sportivi għat-tfal tal-iskejjel wara l-ħin tal-iskola. Priorità se tingħata wkoll lit-tfajliet ta’ bejn id-9 u s-16–il sena u lill-adulti li ma humiex normalment sportivi. Dan permezz ta’ numru ta’ programmi li jinkludu diversità sħiħa ta’ dixxiplini sportivi u attività fiżika, inkluż id-dixxiplini tradizzjonali u oħrajn bħall-Hip Hop u l-Aerobics. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said tkellem | dwar l-importanza ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u entitajiet f’oqsma oħra, inkluż il-ħidma tagħhom mal-għaqdiet sportivi. Chris Said enfasizza wkoll l-importanza tar-rwol tal-Kunsilli Lokali fejn jidħlu faċilitajiet sportivi għall-kommunità u qal li l-inizjattivi għandhom jolqtu aspetti bħal parteċipazzjoni akbar fil-isports għar-residenti, opportunità ta’ aċċess għal kulħadd għal faċilitajiet sportivi b’attivitajiet sportivi għat-tfal, żgħażagħ u adulti. |
| L-iskema hi miftuħa għal inizjattivi minn Jannar | sa Diċembru 2010 u l-applikazzjonijiet jagħlqu fit-30 ta’ Ottubru. |
| Preżenti għal din il-Konferenza tal-aħbarijiet | kien hemm ic-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Bernard Vassallo kif ukoll is-Sindku ta’ Ħal Qormi Jesmond Aquilina. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en