Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment

pr1565
Date Icon 20/09/2009
L-Oppożizzjoni ma tingћaqadx mal-Gvernfil-ġlieda kontra l-abbużi
Hu gћajb li l-Oppozizzjoni tagћzel li matingћaqadx mal-Gvern fil-ġlieda kontra min jabbuża. Flok jingћaqad mal-Gvern biex jiġġieled l-abbuzz, il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegћed jaghmel diskorsi li bihom irewwaћ l-abbuż u jimmiżinterpreta apposta dak li qal il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Il-Gvern isostni li l-politika tiegћu hi lijghin u jwieżen lil min ikollu bżonn l-gћajnuna, iżda fl-istess waqt ma jittollerax abbużi.  Din il-politika imissha ssib l-appoġġ tal-Oppozizzjoni u mhux il-kritika miżjuda bi qlajjiet mill-Kap tal-Oppozizzjoni fi sforz biex jallarma lin-nies.
Din il-ġimgћa l-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech qal li l-politika tal-Gvern hi li jinċentiva aktar lin-nies biex ikunu f’impjieg.  Dan billi fost l-oћrajn ikunu offruti aktar korsijiet ta’ taћriġ;  tnaqqset l-income tax fi tliet baġits wara xulxin; infetћu aktar child care centres;  saru skemi biex ommijiet ikunu jistgћu jibgћatu lit-tfal f’child care centres u jibbenefikaw minn tnaqqis fl-income tax; ingћatat tnaqqis fit-taxxa lill-ommijiet li reġgћu lura fid-dinja tax-xogћol jew baqgћu jaћdmu, żdiedet iċ-children’s allowance li bdiet tingћata lit-tfal kollha filwaqt li dawk li jagћlqu l-61 sena jistgћu jibqgћu jaћdmu u jieћdu paga u pensjoni sћiћa.
Il-politika tal-Gvern hi li min gћandu drittgћall-benefiċċji u s-servizzi soċjali dawn gћandu jeћodhom.  Filwaqt li jagћti l-inċentivi favur ix-xogћol u li jagћti s-servizzi soċjali lil min ikollu bżonn, il-Gvern irid li jinqata’ l-abbuż.  F’dan, il-Gvern kien jistenna li jsib il-kooperazzjoni ta’ kulћadd u mhux tfixkil kif qed tipprova taghmel l-Oppożizzjoni.
Minbarra t-tfixkil tal-Oppożizzjoni, illumil-Kap tal-Oppożizzjoni gћazel li jagћmel diskors li bih jipprova jallarma lir-romol, lill-pensjonanti u lil min iweġġa’ fuq il-post tax-xogћol.  Din hi insensittività minn naћa tal-Oppożizzjoni li tirrikorri gћall-qlajjiet biex tallarma lin-nies.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow