STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1564
20/09/2009
| L-iskema tal-bozoz energy saving b'xejn għada | miftuħa. |
| B'referenza għal-kumment tal-Kap | tal-Oppożizzjoni, il-Gvern jgħarraf illi l-iskema li tintitola l-familji għal bozoz energy saving b'xejn għada miftuħa. Il-vouchers jistgħu jissarrfu f'għażla ta' bozoz ta' numru ta' ditti approvati u minn diversi ħwienet reġistrati mal-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi. |
| Il-każ preżenti mressaq il-Qorti minn xi | importaturi kontra operatur ieħor privat huwa sub judice u għalhekk il-Ministeru jħoss li ma jkunx prudenti li jikkumenta, kif għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en