Tintlaqa’ l-Proposta ta’ Malta li Frontex tidħol responsabbli għar-ripatrijazzjoni tal-Immigranti Illegali
pr1559
18/09/2009
| Il-Ministeru | għall-Ġustizzja u l-Intern jirreferi għar-rimarki tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Jacques Barrot fil-Parlament Ewropew rigward ir-rwol tal-Aġenzija Frontex fir-ripatrijazzjoni ta’ persuni li ma jkollhomx dritt joqogħdu fi stati membri tal-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministeru jħares lejn dan | l-iżvilupp bħala wieħed pożittiv, speċjalment meta jitqies li l-proposta li Frontex tidħol responsabbli għar-ripatrijazzjoni ta’ dawn il-persuni kienet oriġinarjament saret lill-Kummissarju Barrot mill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, Carm Mifsud Bonnici, waqt laqgħa fit-23 ta’April, kif ukoll reġgħet tqajmet waqt żjara li l-Direttur Eżekuttiv ta’ din l-Aġenzija, Illka Laitinen, kien għamel f’Malta f’Ġunju. |
| Din l-aħbar tfisser li | l-proċess diffiċli u laborjuż ta’ identifikazzjoni u l-kisba tad-dokumenti meħtieġa biex dawn l-immigranti illegali jkunu jistgħu jintbagħtu lura f’pajjiżhom, u li bħal issa qed isir kollu mit-taqsima tal-immigrazzjoni fi ħdan il-Korp Pulizija, se jiġi faċilitat u mħaffef minn din l-Aġenzija li, skont id-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Barrot se tkun mgħammra b’ riżorsi appositament biex tkun tista’ tagħmel dan. |
| Dan l-iżvilupp huwa | espressjoni ċara oħra ta’ solidarjetà mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-immigrazzjoni, u xhieda tal-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tgħin lil pajjiżna isib soluzzjonijiet umani u ġusti fil-konfront tal-isfidi tal-immigrazzjoni illegali. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en